Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr2413
Date Icon 30/10/2013

Il-Gvern jippubblika l-parti tal-Kuntratt ma’ Henley and Partners dwar il-Commissions

Il-Gvern qiegħed fuq in-naħa tal-verità u l-unika interess tiegħu hija li jiġġenera investiment innovattiv f’pajjiżna, b’rispett lejn it-trasparenza li tant kienet nieqsa f’leġislaturi li għaddew. Hija l-Oppożizzjoni li qed tirrikorri għal attakki estremisti u immaturità politika li qed tagħmel ħsara, mhux lill-Gvern, iżda lill-pajjiż.

Għalhekk, il-Gvern m’għandu l-ebda oġġezzjoni li jippubblika l-parti fil-kuntratt ma’ Henley and Partners li titkellem dwar commissions.

Kif indikat bl-iswed fuq l-abjad hawn taħt, Henley and Partners se titħallas kontribuzzjoni ta’ 4% għall-ispejjeż ta’ marketing u pproċessar ta’ applikazzjonijiet. F'każ li jkun hemm aġenti oħra involuti, dan l-ammont jinqasam magħhom. Din ir-rata, bl-ebda mod, ma tista’ tiġi ekwivalenti għal €140,000 fuq ċittadinanza li tiġi approvata, kif qed tivvinta l-Oppożizzjoni.

Il-kuntratt jgħid hekk:

"9.8 The Contribution under the Contribution Option shall be paid into the IIP Account, from which payments must be allocated by the Concessionaire, following the grant of citizenship, as follows:

(a) an amount equivalent to 6% (six percent) of the Contribution shall be paid to Identity Malta Agency;

(b) an amount equivalent to 4% (four percent) of the Contribution shall be paid to Concessionaire as the "Marketing and Processing Fees"; and 

(c) the remaining amount 90% (ninety percent) in the IIP Account, after payments of the items under clauses 9.8(a) and 9.8(b) hereof, shall be paid into an independent Investment Vehicle."

Din is-silta tikkonferma kemm l-Oppożizzjoni hija interessata biss fil-politika negattiva li lesta tħammeġ isem Malta biex tipprova tilħaq l-għanijiet partiġjani tagħha.

Il-Gvern huwa dispost li jagħti l-opportunità tal-iskrutinju tal-kuntratt lill-Oppożizzjoni fil-qafas regolatorju li se jkun propost bħala parti mill-emendi fil-liġi.

Fl-aħħar sigħat il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi saħansitra qabbel dan il-programm mat-theddida tat-terroriżmu u mal-vjolenza fl-agħar forma tagħha. Din it-tattika ta’ biża’, li bdiet qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, issa qed tilħaq l-agħar forma tagħha possibbli.

Il-Partit Nazzjonalista huwa kontra l-investiment f’pajjiżna u jrid li jibqgħu jkunu l-familji u n-negozji li jħallsu aktar f’taxxi u kontijiet. Dan huwa l-istess Partit Nazzjonalista li kisser l-iskema tal-Permanent Residence Scheme. U issa qed jipprova jxekkel dan il-programm li se jkun tant ta’ benefiċċju għall-ekonomija Maltija.

Min-naħa l-oħra l-Gvern se jibqa’ proattiv u jadotta l-politika ġdida u nadifa b’risq it-taxpayers Maltin u Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow