Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr2389
Date Icon 27/10/2013

Wara li fil-11 ta’ Settembru li għadda, il-Gvern iffirma Memorandum of Understanding fiċ-Ċina dwar investiment fis-settur tal-energija, il-ħidma tal-Gvern f’dan ir-rigward kompliet għaddeja.

Il-ħidma bejn iż-żewġ naħat issa waslet fl-istadju li hu magħruf bħala “business planning” u “due diligence”, dwar l-investiment varji li jittratta l-istess “Memorandum Of Understanding”.

Illum waslet delegazjoni Ċiniża f'Malta. Il-ħidma f’dan ir-rigward se tissokkta fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin, fejn apparti li se jkun qed jitkompla dan il-proċess, f’pajjiżna se jkunu qed jinżammu diversi laqgħat ta’ ppjanar marbuta mall-investimenti li ser isiru f’pajjiżna.

Permezz tal-MOU, pajjiżna mhux biss se jgawdi minn investiment ġdid fil-Korporazzjoni Enemalta mill-kumpanija China Power Investments li permezz tiegħu din il-Korporazzjoni Enemalta se tkun tista’ tnaqqas b’mod sostanzjali d-dejn li għandha, iżda se tgawdi wkoll minn investiment f’energy service centre ġdid li se jkun qiegħed jissupplixxi wkoll lil pajjiżi barranin u anke minn investiment ġdid fil-qasam tal-enerġija rinovabbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow