Left arrow Go Back

IL-GVERN ĦA NOTA TAL-QBIL MINN NAĦA TAL-OPPOŻIZZJONI MAD-DIREZZJONI ĠENERALI TAL-ABBOZZ TAL-PJAN GĦALL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART U SER JIBQA' MIFTUĦ GĦAL KULL SUĠĠERIMENT SAT-22 TA' NOVEMBRU

pr2386
Date Icon 26/10/2013

Il-Gvern ħa nota tal-qbil minn naħa tal-Oppożizzjoni mad-direzzjoni ġenerali tal-abbozz tal-Pjan għall-Immaniġġjar tal-iskart li tħejja minn tim tekniku. Il-Gvern ser jibqa' miftuħ għas-suġġerimenti sat-22 ta' Novembru, jiġu minn fejn jiġu, anke dawk mill-partiti politiċi.

Kif diġà tħabbar fil-jiem li ġejjin fuq suġġeriment tal-Ministeru stess dan l-abbozz sejjer jiġi diskuss fi ħdan l-MCESD.

Li jinħtieġ li jiġi ppreċiżat huwa dan:

* li għalkemm kien hemm bosta suġġerimenti minn stakeholders biex jiddaħħlu xi taxxi ġodda fuq l-iskart, l-Gvern ma għandu ebda ħsieb li jagħmel dan.
* l-impenn tal-Gvern dwar l-eko-kontribuzzjoni kif diġà ġie kkomunikat lill-istakeholders kummerċjali  huwa li tingħata ħarsa ħolistika lejha minn kull aspett, fid-dawl tat-tħassib serju li urew l-istakeholders dwar l-operat tagħha.
* u li kull tibdil li jista' ikun hemm fis-sistema tal-ġbir tal-iskart issir biss wara li jintlaħaq qbil u mhux b'impożizzjoni.

Il-Gvern ma għandu ebda ħsieb li jitlef xi fondi allokati mill-UE. Il-Gvern jagħmilha ċara li s-SEA (strategic environmental assessment) qed isir għaliex dan huwa pjan u mhux proġett.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow