Left arrow Go Back

TMIENJA U SITTIN AMBAXXATUR FIL-KUNSILLI LOKALI BIEX IWASSLU L-VUĊI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ PASS EQREB LEJN IL-BIDLA STORIKA

pr2384
Date Icon 26/10/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali Jose’ Herrera ħabbar li sat-8 ta’ Novembru t-tmienja u sittin Kunsill Lokali mifruxa madwar Malta u Għawdex ser ikunu qed jaħtru l-ambaxxatur jew l-ambaxxatriċi tagħhom ta’ bejn is-sittax u t-tmintax–il sena biex iwasslu l-vuċi taż-żgħażagħ fil-lokalita’ taghħom. Dawn l-ambaxxaturi ser ikollhom id-dritt li jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill Lokali u ser jipparteċipaw fil-Parlament dak in-nhar li tiġi prezenta l-emenda fil-Parlament. Is-Seminar organizzat mill-moninitoring committee Vot 16 taht it-tema “Iż-Żgħażagħ lejn Politika Responsabli” sar fil-Palazz tal-Verdala.

Herrera ħabbar li nhar it-Tnejn 28 t’Ottubru ser jibgħat ittra lis-Sindki kollha ta’ Malta u Għawdex fejn jitlobhom sabiex fi żmien ħmistax-il ġurnata jsejħu laqgħa b’urġenza u fiha japprovaw il-ħatra ta’ żgħażugħ jew żgħażugħa mil-lokal tagħhom halli jkun l-ambaxxatur jew l-ambaxxatriċi tal-Vot 16 fil-lokalita tagħhom. Huwa qal li din il-persuna se tkun qegħda  takkompanja lis-Sindki waqt id-diskussjoni li se ssir fil-Parlament nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru propju fl-okkażjoni ta’ l-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.

Herrera qal li l-ammbaxxatur jew l-ambaxxatriċi se jingħataw id-dritt li jattendu il-laqgħat tal-Kunsilli lokali bil-jedd li jistgħu jidħlu fid-diskussjoni imma mingħajr id-dritt tal-vot. 

“Dan huwa mument storiku f’pajjiżna fejn qegħdin nagħtu prova li leħen iż-żgħazagħ irridu nisimgħuh illum u mhux għada”, tenna Herrera. Herrera qal li kull Kunsilli Lokali għandu jinnomina din il-persuna malajr kemm jista jkun u mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 8 ta’  Novembru 2013. 

Fl-intervent tiegħu Jose’ Herrera ta’ rendikont tal-laqgħat li saru fl-aħħar xhur fosthom mal-President ta’ Malta, l-Arċisqof ta’ Malta u l-Isqof t’Għawdex u laqgħat separati li saru mill-Kumitat ta’ Moniteraġġ appuntat minnu mal-Prim Ministru, l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati.  

Finalment Jose’ Herrera radd ħajr lill-President ta’ Malta li offra l-Palazz Verdala biex jospita liż-żgħażagħ ta’ bejn sittax u tmintax–il sena flimkien m’għadd ta’ kunsilliera u sindki żgħażagħ. “Il-Prezenza taghna dalgħodu hija turija li dan il-pass storiku ghandu l-appoġġ tal-ogħla istituzzjonijiet fil-pajjiż”, tenna Herrera.   

Wara l-20 ta’ Novembru mal-10,000 żagħżugħ ser ikollhom id-dritt li jivvutaw.  

Din kienet it-tema ta’ 4 workshops li saret diskussjoni dwara fis-seminar ta’ dalgħodu. 


Ir-rapporteur ta’ workshop 1: “Bħala żgħażagħ x’ tistennew  mill-Kunsilli Lokali?” qalet li huma ħejjew programm politiku u fost l-affarijiet li semmew kien hemm l-ambjent, l-isports, l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ.

It-tieni workshop tratta “Xi tfisser politika responsabbli għalik?” li r- rapporteur tiegħu qalet li l-maturita’ ma tiddependix mill-eta’.

 Mit-tielet workshop “Il-parteċipazzjoni fid-demokrazija” ġie rappurtat li d-demokrazija tfisser parteċipazzjoni u liberta tal-espressjoni. “Biex ikollok vot 16 jahdem tajjeb trid temmen fil-poplu. Sta ghall-poplu li jaghzlu kandidat tajjeb minn iehor”, qalu z-zghazagh li ppartecipaw f’dan il-workshop.

Ir-raba workshop “Kieku kont is-Sindku tal-lokalità x’kont tagħmel?” intqal li s-sinċerita hija l-aktar importanti għall-politika. 

Fis-seminar ta’ dalghodu hadu sehem ghadd ta’ esponenti. 

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali David Aguis tkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni li mad-dritt tal-vot ta’ 16 irridu ukoll naraw d-dmirijiet li għandu jkollhom iż-żgħażagħ fl-eta ta’ 16 inkluż ukoll il-bżonn ta’ tibdil fil-liġijiet ta’ pajjiżna biex dan ikun jista’ jseħħ. 

Andrew Azzopardi li mexxa s-seminar qal li din hija opportunita biex nagħtu tifsira aktar wiesgħa ta’ demokrazija. Qal li l-vot huwa ċ-ċavetta ghal partecipazzjoni taż-żgħażagħ fl-iżvilupp tal-pajjiż. 

Michael Cohen, Chairman tal-Kumitat Vot 16, qal li l-isfida li għadna quddiemna mhijiex limitata biss li nintroduċu d-dritt tal-vot, imma li nikkonvinċu liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw u jilqgħu din l-isfida. Huwa qal li d-diskussjoni qed tkun ħafna aktar wiesgħa u mhux limitata biss ghad-dritt tal-vot. ”Ghalhekk iridu inkomplu naħdmu sabiex permezz ta’ din il-proposta inqajmu diskussjoni fil-pajjiż li l-ħtieġa tagħha kienet ilha tinħass”, tenna Cohen.  

Ralph Cassar, Segretarju Ġenerali tal-AD u kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard qal li l-opportunita li ż-żgħażagħ jivvutaw taghtihom iċ-ċans li jwasslu ‘l quddiem l-ideat u l-politika li jaffetwaw iż-żgħażagħ fil-lokalita’ taghħom. Eżempju ta’ dan, qal Cassar, huma l-użu tar-roti, spazji miftuħa u librerija pubbliċi. B’dan il-pass, iż-żgħażagħ ser ikunu qed jiġu mgħejjuna biex jieħdu sehem attiv fis-soċjeta’ u mhux jibqgħu biss spettaturi. 

 Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Theuma qalet li l-irwol li l-entita’ tmexxi huwa li teduka liż-żgħażagħ fir-responsabilita’ għall-pass li ġej. Fil-fatt l-Aġenzija Żgħażagħ hija parti mill-monitoring group u li għenet tiffaċilita il-komunikazzjoni bejn iż-żgħażagħ ta’ sittax u tmintax–il sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow