HOUSING SOĊJALI DINJITUŻ
Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca nediet skema ġdida tal-Awtorita’ tad-Djar.
Skema għal xogħolijiet relatati ma’ strutturi perikolużi mmirata għal dawk il-familji li ilhom jgħixu f’postijiet mikrija mill-privat sa minn qabel l-1 ta’ Ġunju tal-1995.
Il-Ministru Coleiro Preca spjegat li din l-iskema se tinfetaħ wara divesi talbiet li kellha l-Awtorita’ tad-Djar biex jiġu rranġati strutturi perikolużi fi proprjetajiet privati.
Qalet li wara diskussjonijiet diversi l-Gvern iddeċieda li jiftaħ din l-iskema biex jindirizza l-periklu li jeżisti u biex l-lista ta’ iktar minn 3,000 persuna tistenna akkomodazzjoni soċjali, ma tibqax tiela’.
Dwar l-eliġġibilita’ tal-inkwilini, il-Ministru qalet li ġie deċiż li d-dħul annwali ta’ min jitħajjar japplika għal din l-iskema ma jridx jaqbeż il-€25,000 fis-sena, b’differenza mill-bqija tal-iskemi tal-Awtorita’ tad-Djar fejn d-dħul annwali ma jistax jeċċedi €20,000.
B’hekk, kull persuna li tapplika għal din l-iskema, u li taqla’ inqas minn €25,000 fis-sena hija intitolata għal massimu ta’ €7,000 f’tiswijiet, bis-somma tiġi kkalkulata abbażi d-dħul annwali tagħha.
Minn naħa tagħha c-Chairman tal-Awtorita’ tad-Djar Antoinette Vassallo qalet li din l-iskema se tintefaħ mid-29 t’Ottubru li ġej hekk kif l-avviż jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern.
Il-Ministru qalet ukoll li bħalissa qed issir l-evalwazzjoni ta’ tender għal xogħolijiet fuq żewg blokok t’appartamenti tal-Gvern li jinsabu fi Triq is-Sur u li għandhom strutturi perikolużi.
Liema strutturi ġew irrappurtati mir-residenti snin ilu u li iżda baqa’ ma sar l-ebda xoghol fuqhom.
Other Press Releases:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033