Left arrow Go Back

AKTAR KUMMERĊ U INVESTIMENT FIR-REĠJUN TAL-MEDITERRAN BIEX TKUN IKKONTROLLATA L-IMMIGRAZZJONI RREGOLARI – IL-MINISTRU CARDONA F’LAQGĦA TAL-5+5

pr2353
Date Icon 23/10/2013

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Negożi Żgħar, l-Onor. Dr. Chris Cardona ħa sehem fil-Forum Ekonomiku tal-Punent tal-Mediterran bħala parti mill-iniżjattiva 5+5 f’Barcellona. Il-Ministru Cardona kellu anke l-opportunita’ jindirizza laqgħa li ttrattat it-tisħiħ tal-koperazzjoni ekonomika bejn l-Ewropa u l-pajjiz tal-Magreb u l-pajjiżi fl-Afrika tas-Sub Sahara.

Fl-intervent tiegħu l-Ministru Cardona qal li l-Gvern Malti huwa kommess aktar minn qatt qabel biex jikkonverġi l-politika industrijali tiegħu mal-pajjiżi fuq iz-zewġ naħat tal-Mediterran. Saħaq li Malta tħares lejn l-Unjoni tal-Mediterran u l-5+5 bħala fora importanti li rnexxielha tibqa’ b’saħħitha anke wara t-trasformazzjonijiet dramatiċi li seħħew fil-Mediterran. 

Dr. Chris Cardona tkellem dwar l-isfida kbira li qed jiffaċċa l-Mediterran bl-immigrazzjoni rregolari u kif aktar minn qatt qabel hemm bzonn li jkun hawn sigurta’, prosperita’ u stabilita’ fir-reġjun tal-Mediterran. Huwa sostna li aktar kummerċ u investiment fir-reġjun tal-Mediterran huwa meħtieġ biex tkun indirizzata l-isfida serja tal-immigrazzjoni rregolari. Dan għaliex aktar kummerċ u investiment fiz-zona jwassal biex jinħolqu aktar impjiegi, titjieb il-kwalita’ tal-ħajja u tirrenja l-istabilita’ politika u soċjali fil-pajjiżi.

Il-Ministru Cardona qal li l-Gvern Malti jinkoraġixxi l-ekonomiji fl-Afrika biex jintegraw aktar mal-ekonomija dinjija. Saħaq li wieħed mill-għanijiet tal-pajjiżi fir-reġjun għandu jkun dak li jfasslu strateġiji li jwasslu għal żieda fil-kummerċ fin-naħa t’isfel tal-Mediterran. Dr. Chris Cardona qal li b’anqas retorika, aktar flessibilita’ u rizultati aħjar, il-kummerċ bejn l-UE u l-pajjiżi fin-naħa t’isfel tal-Mediterran ma jibqax limitat għal numru żgħir ta’ ekonomiji.

“Dan jista’ jsir jekk l-UE tibda tirrikonoxxi l-eteroġeneita’ tal-pajjiżi fl-Afrika ta’ fuq, fir-reġjun u s-soċjetajiet u timplimenta strateġiji differenti għal kull sitwazzjoni. Il-pajjiżi fil-Mediterran għandhom il-ħiliet, rizorsi, teknoloġiji u popolazzjonijiet li jistgħu jkunu wzati għall-benefiċċju ta’ kulħadd b’aktar koperazzjoni fost l-ohrajn fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-energija, il-kultura, ix-xjenzi u l-media.” Il-Ministru Cardona tenna li l-Gvern Malti huwa kommess li jgħati s-support tiegħu u jiffaċilita l-inizjattivi li jittieħdu bil-għan li jikber il-kummerċ bejn l-UE u l-Afrika.

Il-Kelliema f’din il-laqgħa, flimkien mal-Ministru Chris Cardona kienu Ramtane Lamamra -  Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Alġerija, Othman Jerandi - Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Tunezija, Emma Bonino - Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Italja, Ahmed Baba Azizi - President tal-UNPM (Mauritania), Abdul Nasser Alnajah - Business Association (Libja), Mario Spiteri -  Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry (Malta) u Miriem Bnsalah Chaqroun -  President CGEM (Marokk).

Il-Forum Ekonomiku tal-Punent tal-Mediterran, li prezenti għaliħ kien hemm ukoll il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Dr.George Vella, ingħata bidu b’diskorsi mis-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni tal-Mediterran Fathallal Sijilmassi, mill-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy u mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Portugal u tal-Mawritanja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow