Left arrow Go Back

FEEDBACK QAWWI MILL-ENTITAJIET U L-PUBBLIKU B’IDEAT GĦAR-RIFORMA ĦOLISTIKA FIL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA

pr2328
Date Icon 21/10/2013

B’kollox, sal-lum, il-Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja, mmexxija mill-Imhallef Emeritu Giovanni Bonello, rċeviet 38 rapport studjat minn entitajiet u stakeholders differenti b’ideat għal titjib fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-Ġustizzja.  Ma’ dawn it-38 rapport, il-Kummissjoni rċeviet ukoll 112-il sottomissjoni minn ċittadini privati li wkoll taw il-kunsiderazzjonijiet tagħhom.
Il-lista tal-entitajiet li ressqu rapport studjati hija varja ħafna. Fosthom hemm l-istakeholders ewlenin, cioe’ l-Gudikatura, li ssottomettiet żewġ rapporti, il-Kamra tal-Avukati, l-Avukat Ġenerali, il-Kamra tal-Prokuraturi Legali, l-Kummissarju tal-Pulizija, il-President tal-Kumitat għal Studji Ġudizzjarji, id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, l-Assistenti Ġudizzjarji , l-Medjaturi tal-Qorti, l-espert tal-Commonwealth il-Professur Nick Cowdery u numru ta’ avukati ewlenin f’pajjiżna li ġejjin mid-diversi kampi tal-liġi.
Issottomettew rapport studjat tliet Kummissarjati – il-Kummissarju tat-Tfal, il-Kummissjoni dwar Vjolenza Domestika u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabbilita’.  Il-qasam tal-kummerċ ukoll ipparteċipa bi ħġaru b’sottomissjonijiet studjati li ġew mill-Kamra tal-Kummerċ, Vodafone Malta, l-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Insurance.
Sottomissjonijiet oħrajn ġew mill-UHM, l-Alternattiva Demokratika u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ġudikanti u anke minn żewġ membri tal-kleru - Patri Mark Montebello u  Fr Rene Micallef.  Esperti oħra li kkontribwixxew kienu l-Prof Andrew Wallis u s-Sur Alfred Mifsud.  
Magħhom ingħaqdu entitajiet ohra mwaqqfa  b’liġi bħaċ-Ċentru Malti tal-Medjazzjoni u ċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ kif ukoll NGOs, fosthom mid-Dlam għad-Dawl.                                                                                                                                                     
Fid-dawl ta’ dan l-ammont kbir ta’ sottomissjonijiet u feedback reports, li baqgħu deħlin sal-jiem li għaddew, il-Kummissjoni Bonello talbet lill-Gvern sabiex it-terminu tas-sottomissjoni tar-rapport finali jiġi estiz b’xahar, cioe’ mill-aħħar ta’ Ottubru sal-aħħar ta’ Novembru 2013.  L-għan huwa li l-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni aħjar li tistudja b’reqqa l-ideat kollha li ġew sottomessi lilha u li se jiġu kkunsidrati fit-tfassil tar-rapport finali tagħha. 
Il-Gvern aċċetta din it-talba u se jibqa’ kommess li jara li l-miri indikati fis-settur tar-riforma tal-Ġustizzja jintlaħqu fl-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow