Left arrow Go Back

IL-MINISTRU LEO BRINCAT JILTAQA’ MAL-KOMUNITÀ TAL-BAHA’I - IFAKKRU S-60 SENA F’PAJJIŻNA B’ĊERIMONJA TA’ TĦAWWIL TA’ SIĠAR

pr2311
Date Icon 19/10/2013

Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat iltaqa’ mal-komunità internazzjonali tal-Baha’i f’pajjiżna.

Huwa attenda għal ċerimonja ta’ tħawwil ta’ siġar fil-Park tas-Salini organizzata minn din il-komunità biex ifakkru s-sittin sena minn mindu l-ewwel Baha’is ġew Malta. Minn dak iż-żmien ’l hawn ħafna minnhom ġew jagħmlu parti mis-soċjetà Maltija, persuni li ġejjin minn għadd ta’ oqsma u nazzjonalitajiet differenti minn madwar id-dinja kollha.

Il-Ministru Leo Brincat faħħar il-fatt li fost il-komunità tal-Baha’i jispikka s-sens ta’ responsabbiltà biex jaraw li bħala komunità jimxu ’l quddiem minkejja d-differenzi bejniethom ta’ razza, reliġjon u nazzjonalità. Qal li s-sittin pjanta miżrugħa waqt din l-attività huma simbolu tal-għaqda li hemm bejniethom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow