Left arrow Go Back

DISKUSSA INIZZJATTIVI ĠODDA FIS-SETTUR TURISTIKU BEJN MALTA U L-IŻRAEL

pr2306
Date Icon 18/10/2013

Matul l-2013 huwa stmat li se jkunu żaru Malta qrib it-30,000 turist mill-Iżrael

Fiż-żjara tiegħu fl-aħħar jiem, bħala parti mid-delegazzjoni li akkumpanjat lill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fl-Iżrael u l-Palestina, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu laqgħat separati fejn kienu diskussa temi relatati mat-turiżmu u s-settur tal-avjazzjoni.

Fost l-oħrajn huwa kellu taħdidiet mal-Eshet Tours u Aviation Links, żewġ operaturi ewlenin tal-ivvjaġġar fl-Iżrael li joperaw vjaġġi lejn Malta. Iż-żewġ kumpaniji kellhom kliem ta’ tifħir għas-suċċess miksub din is-sena fejn jidħol turiżmu lejn pajjiżna mill-Iżrael fejn qed jistmaw li matul l-2013 se jkunu ġew Malta qrib it-30,000 turist mill-Iżrael. Intqal kif din iċ-ċifra faċilment setgħet tinqabeż kieku pajjiżna jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu aktar sodod matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru.

Iż-żewġ naħat iddiskutew inizzjattivi ġodda li għandhom iwasslu għall-ħolqien ta’ kummerċ ġdid mill-Iżrael lejn Malta flimkien ma’ ħolqien ta’ itinerarji għal swieq tat-tip long haul bħall-Istati Uniti fejn it-turist ikollu l-opportunità li jżur sew Malta kif ukoll l-Iżrael.

F’laqgħa oħra separata din id-darba mal-Ministru għat-Turiżmu Iżraeljan Uzi Landau, intlaħaq qbil li jkun imfassal ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi dwar it-turiżmu. Dan il-ftehim għandu jwitti t-triq għal koperazzjoni bejn Malta u l-Iżrael fil-qasam tas-swieq long haul kif ukoll għal skambju ta’ studenti bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u dak ekwivalenti fl-Iżrael.

Saret ukoll stedina mill-Ministru Karmenu Vella biex fil-futur qarib il-Ministru għat-Turiżmu Iżraeljan Landau jagħmel żjara f’Malta.

F’Ramallah, il-Ministru Karmenu Vella kellu wkoll laqgħa mal-Ministru għat-Turiżmu tal-Palestina Rula Ma'ayah.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow