IL-GVERN ĠEDDED KURAZIJI TA’ SITI STORIĊI LILL-NGO DIN L-ART ĦELWA
Il-Gvern, permezz tas- Segretarju Parlamentari għal-Kultura, l-Onor. José Herrera u s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar, l-Onor. Michael Farrugia, kif ukoll is-Superintendent għall-Wirt Kulturali, Dott Anthony Pace, għamlu ftehim storiku sabiex iġġeddu l-kuraziji ta’ disa’siti storici li kienu qed jiġu operati minn din l-NGO kif ukoll iżidu sit ieħor mal-lista ta’ binjiet storiċi.
L-Onor José Herrera tkellem dwar il-viżjoni tal-Gvern dwar l-NGOs u s-sehem utli li dawn l-organizzazjonijiet jagħtu fil-ħarsien tal-wirt kulturali ta’ pajjiżna permezz tal-volontarjat. Huwa saħaq li għalkemm is-siti ta’ importanza nazzjonali għandhom jiġu operati mill-Gvern permezz tal-Aġenizija Heritage Malta hemm siti oħra li għandhom ikunu fdati lill-organizzazjonijiet non governattivi rispettati sabiex jiġu operati minnhom. “Malta għandha fortuna kbira li għandha wirt storiku kbir. L-isfortuna hija li impossibli li l-Gvern jopera is-siti kollha. Hawnekk jidħol is-sehem tal-NGOs.” Huwa kompla jispjega li permezz ta’ superviżjoni dan huwa possibli u l-Gvern għandu jsib mezz kif jgħin aktar dawn l-inizjattivi. “Sfortunatament il-Gvern ma’ jistax jgħin permezz ta’ għajnuna finanzjarja diretta. Għalhekk qegħdin jiġu diskussi inċentivi fiskali u forom oħra ta’ għajnuna li l-Gvern jista’ jagħti kemm lill-NGO li tkun qed topera dan il-wirt kif ukoll għajnuna lill-dawk il-kumpaniji li jagħtu l-għajnuna lill-dawn l-entitajiet.”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva, Michael Farrugia qal illi meta tara’ xogħol bħal dan isir tkun taf x’kapaċi jagħmel il-volontarjat. Michael Farrugia qal illi wieħed ghandu jammira dan ix-xoghol.
Huwa zied jgħid illi il-Gvern prezenti għaddej b’ħidma kontinwa sabiex fondazzjonijiet oħra jibbenefikaw minn postijiet li jkunu mgħotija lilhom biex jieħdu ħsieb il-kura tagħhhom. Michael Farrugia qal li qed tittieħed kunsiderazzjoni ta’ aktar postijiet li huma mitluqa, biex ikunu utilizatti bl-aħjar mod. B’hekk meta dawn il-postijiet ikunu restawrati, konservati u anki jintuzaw ghall-għanijiet kummerċjali.
Dr. Michael Farrugia qal illi bħala Gvern, lesti li niltaqgħu u nitkellmu biex okkazjoni bħal tal-llum ma tkunx ta’ darba. Michael Farrugia qal illi għandna nahsbu fil-Maltin u f’dak li hu tagħna biex flimkien ingawdu il-patrimonju Malti u mhux imorru barra minn Malta biex ingawdu dak li hu ta’ ħaddieħor.
Simone Mizzi, President eżekuttiv ta’ Din L-Art Ħelwa tagħat rendikont tax-xogħol siewi li qeghda tagħmel din l-organizzazjoni non governattiva. Dan jinkludi x-xogħol fuq il-fanal ta’ Delimara; xogħol kumpless ta’restawr fil-Knisja tal-Vitorja, fil-Belt Valletta, kif ukoll ħidma sabiex jiġi żvilluppat aktar il-mużew żgħir fil-Ġnien tal-Mistrieħ u filwaqt li tittejjeb l-aċċess u l-informazzjoni. Qed jiġi restawrat l-inkwadru Titular tal-Madonna, fil-Knisja ta’ Sarria li hu xogħol Mattia Preti u li proġettat li jkun lest għall-festa tal-Immakulata, fit-8 ta’ Diċembru. “F’dawn l-aħħar għaxar snin DLĦ nefqet maż- żewġ miljuni u ħames mitt ewro għax-xogħol fuq is-siti li ġew rrestawrati minn fondi li nġabbru minn entitajiet u inizzjattivi privati. Hija kompliet tgħid illi wara ir-restawr tibqa l-isfida ta’ kif l-użu dinjituż sabiex dawn is-siti storiċi jkunu ta’ interess utli għal-ġenerazzjoni ta’ illum.
Hija għalqet b’appell għall-għajnuna mill-volontarjat. Fl-2012, voluntiera ta’ DLĦ taw xejn anqas min 20,000 siegħat xogħol lill-pajiżna u aktar minn €400,000 iddaħħlu ġewwa l-ekonomija. Din hija prova li l-wirt nazzjonali jista’ jipprovdi ħafna xogħol u jgħati valur lill-ambjent inġenerali għall-ġid tat-turiżmu u tagħna lkoll.
Other Press Releases:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033