IL-MINISTRU CHRIS CARDONA JATTENDI GĦAL LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-KUMMERĊ TAL-UE
Il-Ministru tal- Chris Cardona se jkun qed jattendi u jippartecipa f'laqgha tal-Kunsill tal-Ministri tal-kummerc f'Lussemburgu.
Il-Ministru Cardona flimkien mal-Ministri tal-Kummerc tal-EU se jkun qed jiddiskuti primarjament in-negozjati bejn l-UE u c-Cina u l-Assocjazzjoni tan-Nazzjonijiet Asjatici tax-Xlokk (ASEAN) li jwasslu ghal ftehim dwar l-investiment bejn ir-regjuni. Ftehim ta’investiment bejn l-UE u c-Cina ghandu jwassal ghal aktar tishih tar-relazzjoni twila u produttiva fil-kummerc u fl-ekonomija bejn Malta u c-Cina. Ftehim ta' din in-natura ghandu jservi wkoll biex jitnaqqsu r-riskji tal-investituri billi jtejbu l-ambjent tan-negozju ghall-partijiet kollha u b'hekk joholqu potenzjal ghal aktar investiment bejn ir-regjuni.
Matul il-laqgha tal-Ministri tal-kummerc tal-UE se jkunu wkoll diskussa l-preparamenti ghal konferenza Ministerjali tal-Organizazzjoni Dinija tal-kummerc li se tiltaqa' f'Bali f'Dicembru ta' din is-sena.
Other Press Releases:
PR262034
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...
PR262033