Left arrow Go Back

IMNEDIJA L-ĦAMES EDIZZJONI TAL-MALTA INTERNATIONAL CHOIR FESTIVAL

pr2258
Date Icon 14/10/2013

Mistennija jaslu f’pajjiżna mal-1000 korist minn madwar l-Ewropa kollha

Bejn il-31 t’Ottubru u 3 ta’ Novembru li ġej se tkun qed tittella’ f’pajjiżna l-ħames edizzjoni tal-Malta International Choir Festival. Huwa stmat li għal din l-attività, se jkunu qed jaslu f’Malta mal-1000 korist minn diversi pajjiżi minn madwar l-Ewropa kif ukoll oħrajn mir-Russja, l-Indoneżja, l-Israel u ċ-Ċina.

Dan il-festival isir darba kull sentejn u qed jiġi organizzat mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu b’kollaborazzjoni mal-INTERKULTUR mill-Ġermanja li tispeċjalizza f’organizzazzjoni professjonali ta’ festivals tal-korijiet madwar id-dinja kollha fuq skala kbira.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella ddeskriva dan il-festival bħala attività ta’ livell għoli li tippermetti li tkun abbinata mal-kultura tagħna l-Maltin fejn għandhom x’jaqsmu knejjes u l-palazzi li ghandna.

Semma’ kif attivitajiet bħal dawn jippermettu biex pajjiżna jattira turiżmu fix-xhur tax-xitwa, fl-istess ħin li din se sservi ta’ esperjenza kbira għall-istess koristi barranin.

Il-Ministru Vella fisser kif il-Ministeru għat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa impenjat li jinkoraġġixxi u jagħti l-appoġġ neċessarju għat-twaqqif t’assoċjazzjoni tal-korijiet bil-għan li ttejjeb l-opportunitajiet tal-koristi Maltin biex jipparteċipaw f’avvenimenti diversi ta’ livell għoli. Huwa esprima wkoll il-ħsieb li ’l quddiem jinħoloq f’pajjiżna ċentru ta’ korijiet Mediterranji.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Josef Formosa Gauci saħaq fuq il-bżonn li pajjiżna jkompli jibni l-kalendarju kulturali t’attivitajiet li permezz tiegħu jkun jista’ jattira aktar turiżmu fix-xhur tax-xitwa meta normalment in-numru ta’ turisti jonqos. Semma’ wkoll kif l-Awtorità tuża dawn l-attivitajiet għal fini ta’ promozzjoni.

Id-Direttur Artistiku Dun Gwann Galea semma’ kif fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jkunu qed jieħdu sehem numru rekord ta’ korijiet barranin, total ta’ 28 kor flimkien ma’ ħames korijiet Maltin.

Spjega kif il-festival se jkun jinkludi fost l-oħrajn attività ta’ kant u talb għall-paċi fid-dinja fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann u li se tkun qed issir fl-ewwel jum tal-festival, il-Ħamis filgħaxija. Il-korijiet se jkunu qed jieħdu sehem f’diversi kompetizzjonijiet ta’ kant korali, kemm fl-aspett sakru kif ukoll dak sekulari li se jkunu qed isiru fl-Istitut Kattoliku u fil-Knisja ta’ San Publiju. Is-Sibt 2 ta’ Novembru se jkun qed jittella’ kunċert kbir fis-Sacra Infermeria f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, b’xogħlijiet tal-kompożituri Giuseppe Verdi u Richard Wagner.

Il-festival jinkludi wkoll friendship concerts li se jkunu qed jittellgħu fil-Barrakka ta’ Fuq, fi Pjazza De Vallette u fil-Palazz tal-Gran Mastru, nhar il-Ġimgħa 1, u s-Sibt 2 ta’ Novembru, bejn nofsinhar u s-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Il-Ħadd il-festival jagħlaq bil- kompetizzjoni msejħa Gran Prix biex jintagħżel l-aqwa kor.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet attenda wkoll iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Dr Gavin Gulia.

Aktar informazzjoni dwar dan il-festival tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku www.maltachoirfest.com

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  10 appartamenti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Paola

PR262034

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET 10 appartamenti...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

More Press Releases Right arrow