STRATEĠIJA KONTRA L-FAQAR IMSAWRA MIT-TFAL MALTIN
‘Bil-parteċipazzjoni attiva tagħkom f’din il-ġimgħa t’attivitajiet, intom qed issawwru l-policies tal-lum, ta’ għada u ‘l quddiem’.
Qalet dan il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca waqt l-għeluq tal-ġimgħa t’attivitajiet bit-tema ‘Ningħaqdu kontra l-faqar bl-arti u l-kultura’.
Matul l-attivita’ tas-Sibt filgħodu, bit-tema tal-ġurnata tkun ‘Il-Faqar u t-Tfal’, madwar erbgħin tifel u tifla ngħataw ċertifikat għall-partecipazzjoni tagħhom f’kompetizzjoni tal-arti b’rabta mal-faqar u l-eskluzjoni soċjali.
Minn dawn it-tpenġijiet, se jintgħażlu tnax biex jagħmlu parti mill-Kalendarju 2014 tal-Ministeru.
L-Onor. Coleiro Preca tkellmet dwar l-importanza li t-tfal jaqsmu l-aspirazzjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom mil-lum.
Il-Gvern, qalet il-Ministru, se jassigura li verament jagħti vuċi u viżibilita’ lit-tfal.
U hekk qed jagħmel, billi jgħaġen is-suġġerimenti tat-tfal fit-tfassil tal-istrateġija kontra l-faqar.
Temmet tgħid li l-edukazzjoni u l-imħabba jmorru id f’id biex jiġi indirizzat il-faqar f’pajjiżna.
Minn naħa tagħha s-Sinjura Michelle Muscat fissret il-faqar bħala realta’ li tista’ tiġri lil kulħadd.
Madankollu, qalet is-Sinjura Muscat, l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta li tassigura li dan ma jiġrix.
Sostniet li huwa tajjeb li nimmarkaw is-suċċessi tagħna għaliex dawn jnisslu fina kuraġġ biex nimxu ‘l quddiem.
Temmet tħeġġeġ lit-tfal biex jiffaċċjaw l-isfidi li ġġib magħha l-ħajja għaliex huma wkoll jistgħu jagħtu kontribut u jagħmlu differenza fil-pajjiż.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031