Left arrow Go Back

“PAJJIŻNA JRID IKUN PARTI MILL-ISTORJA TA’ SUĊĊESS FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI FL-EWROPA” – IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU KARMENU VELLA

pr1940
Date Icon 13/09/2013

Il-kumpanija Europ Star tingħata uffiċjalment il-liċenzja biex tkun tista’ topera b’mod kummerċjali minn Malta fis-settur tal-avjazzjoni 

Il-gvern Malti huwa kommess u determinat li jagħti l-appoġġ kollu li hemm bżonn lil dawk il-kumpaniji fil-qasam tal-avjazzjoni li jagħżlu ’l Malta bħala l-post minn fejn joperaw. Sostna dan il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella waqt ċerimonja li fiha l-kumpanija Europ Star ingħatat uffiċjalment il-liċenzja biex tkun tista’ topera b’mod kummerċjali minn Malta fis-settur tal-avjazzjoni magħruf aħjar bħala Air Operating  Certificate (AOC).

Il-Ministru Vella semma kif illum il-ġurnata l-avjazzjoni huwa l-aktar settur li qed jikber fl-Ewropa kollha, b’mod partikolari fl-Unjoni Ewropa. Ikkwota figuri uffiċjali li juru kif dan jikkontribwixxi medja ta’ €20 Biljun u jiġġenera mal-164,000 impjieg, li bejniethom ifissru medja ta’ kważi €6 Biljun f’pagi u salarji. F’dan ir-rigward il-Ministru għat-Turiżmu saħaq li pajjiżna jrid ikun parti mill-istorja ta’ suċċess fis-settur tal-avjazzjoni fl-Ewropa.

Meta tkellem dwar il-kuntest lokali, il-Ministru Karmenu Vella semma’ kif fil-preżent pajjiżna għandu mal-150 ajruplan irreġistrat fuq ir-reġistru tal-ajruplani, flimkien ma’ 20 air operating certificate. Huwa stmat li matul is-sena li għaddiet biss, saru  f’Malta mal-1100 ċaqlieq ta’ ajruplani fis-settur tal-business jets, biċ-ċifri għal din is-sena diġa laħqu s-700 għall-ewwel seba’ xhur tas-sena.

Il-Ministru Vella qal li Malta għandha diversi vantaġġi x’toffri fuq pajjiżi oħra fis-settur tal-avjazzjoni fosthom ir-riżors uman tal-ħaddiema, il-kompetittività tal-pajjiż, kif ukoll il-pożizzjoni ġeografika tagħna.

Karmenu Vella temm jirringrazzja lill-kumpanija Europ Star talli emmnet f’pajjiżna u fir-riżorsi li għandna u għażlet li tiftaħ il-bażi tagħha hawnhekk, fl-istess ħin li wiegħed l-appoġġ kollu tal-gvern lejn kumpaniji simili.

Fl-istess ċerimonja il-ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella inawgura wkoll uffiċini ġodda għall-kumpanija Europ Star.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow