IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JOSÉ HERRERA JIFTAĦ IL-KONFERENZA ‘CARING FOR OUR HERITAGE’
L-Onor. José Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali, fetaħ il-Konferenza organizzata minn Heritage Malta ‘Caring for our Heritage’ li fiha ġew ippreżentati numru ta’ diskorsi bi spjega fuq xogħliijiet u riċerka li għamlet din l-Aġenzija. Huwa tkellem kif il-Gvern qed jaħdem sabiex isaħħaħ l-operat tal-Kultura f’Malta billi jikkonsolida l-operat tal-aġenziji tal-Gvern.
“Iċ-ċaqlieqa tad-Direttorat tar-restawr mill-Ministeru tal-Infrastruttura għas-Segretarjat tal-Kultura huwa xhieda ta’ dan. Iżda dan huwa l-ewwel pass. Issa jmiss li jsiru l-emendi fl-Att tal-Kultura biex jikkonsolida dan ħalli nagħtu s-saħħa leġislattiva u t-tibdil neċessarju sabiex naġġornaw u nsaħħu l-Kultura f’pajjiżna”, saħaq l-Onor. Herrera.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031