Left arrow Go Back

PUBLIC-SOCIAL PARTNERSHIPS BEJN IL-GVERN U L-NGOS

pr1937
Date Icon 13/09/2013

Il-Gvern huwa interessat li jidħol f’Public-Social Partnerships ma’ għaqdiet mhux governattivi li jipprovdu servizzi differenti fil-qasam soċjali.

Fi żjara li għamlet fid-Dar Qalb ta’ Ġesù, l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca spjegat kif ftehim bejn il-Gvern u l-għaqdiet mhux governattivi jagħti l-ispazju lill-organizazzjoni sabiex tiżviluppa u tkun tista tippjana aħjar il-ħidma tagħha.

Coleiro Preca faħħret ix-xogħol li qed isir f’din id-dar li tilqa’ nisa vittmi ta’ vjolenza domestika.

Waqt iż-żjara tagħha l-Ministru ddawret maċ-Child Care Centre li għadu kif tlesta.

Sostniet li wara diskussjonijiet madwar il-mejda bejn il-Gvern u l-Knisja Maltija, li tamministra din id-dar, iċ-Child Care Centre jista’ jiġi żviluppat aħjar.

Dan iċ-Child Care Centre għandu l-għan li jgħin lill-ommijiet li spiċċaw vittmi ta’ vjolenza domestika biex jaslu fl-aktar punt dinjituż meta jsibu x-xogħol filwaqt li wliedhom jiġu mħarsa f’dan iċ-ċentru.

L-Onor. Coleiro Preca qalet li l-Gvern jappoġġja l-ħidma li qed issir f’din id-dar fosthom fil-mod ta’ kif ir-residenti qed jingħataw l-opportunità li jgħixu ħajja indipendenti f’ambjent protett.

Iż-żjara tal-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca ntemmet f’laqgħa fil-privat mar-residenti tad-Dar Qalb ta’ Ġesù.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow