Left arrow Go Back

TABELLI TAL-LIFE RINGS INSTALLATI F’GĦAWDEX

pr1935
Date Icon 13/09/2013

Il-Ministeru għal Għawdex bi pjaċir iħabbar li għadhom kif ġew installati ‘life rings’ b’tabelli informattivi magħhom li jinkludu n-numru tal-emergenza 112 f’każ ta’ bżonn kif ukoll informazzjoni dwar l-ewwel azzjoni li għandha tittieħed.

Il-postijiet li fihom ġew installati dawn it-tabelli huma dawn:

• Marsalforn (quddiem l-għassa tal-Pulizija);
• Marsalforn (breakwater);
• Marsalforn (Għar Qawqla);
• Qbajjar;
• Xwejni;
• 2 fix-Xlendi;
• Mġarr ix-Xini;
• Ramla;
• Ħondoq ir-Rummien.

Din l-inizjattiva hija l-ewwel waħda ta’ din ix-xorta f’pajjiżna kemm f’Għawdex kif ukoll f’ Malta. Dawn il-‘life rings’ huma ta’ użu importanti f’każ ta’ salvataġġ u l-Ministeru jħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħmel użu minnhom kif suppost ħalli dawn iservu ta’ ġid. Din l-inizjattiva ntlaqgħet b’reazzjoni pożittiva ħafna mill-pubbliku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow