DEĊIŻJONI TAL-BORD TAL-GOVERNANZA
pr1920
12/09/2013
Wara li rċieva mingħand id-Direttur tal-Gvern Lokali, is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qed jippublika d-deċizjoni tal-Bord tal-Gvernanza tal-Kunsilli Lokali dwar ilment li tressaq dwar il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar.
Is-Segretarju Parlamentari jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ Gvernanza u talab lid-Direttur tal-Gvern Lokali biex jaġixxi fuq il-konklużjonijiet tagħhom mingħajr dewmien.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dak li ddeċieda dan il-bord jaqbel mal-pożizzjoni li ħa aktar kmieni fuq il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Huwa fakkar li dan il-bord huwa importanti u indispensabli ħafna ghat-tmexxija aktar għaqlija tal-Kunsilli Lokali f’pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031