Left arrow Go Back

SOSTENN F’WAQTU LILL-FAMILJI U T-TFAL TAGĦNA

pr1903
Date Icon 11/09/2013

Il-pagament taċ-Children’s Allowance t’Ottubru se jkun qed jasal għand il-familji Maltin u Għawdxin tliet ġimgħat qabel biex itaffi mill-ispejjeż li ġġib magħhom sena skolastika ġdida.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca spjegat kif kien suġġeriment li wasal minn numru ta’ familji għand il-Prim Ministru Joseph Muscat, li l-benefiċċju tac-Children’s Allowance jasal qabel tibda s-sena skolastika.

Il-Ministru Coleiro Preca qalet li dan huwa Gvern li tassew jisma’ u għalhekk il-pagament taċ-Children’s Allowance se jiġi antiċipat u jasal għand il-familji nhar is-Sibt li ġej.

Se jkunu 25,000 tifel u tifla minn fost aktar minn 17,500 familja li se jibbenefikaw b’mod dirett.

Il-Ministru żiedet tgħid li hemm madwar 23,000 familja oħra li jirċievu Supplementary Allowance, li wkoll se jkunu qed jibbenefikaw minn din il-miżura.

Hija qalet li din id-deċiżjoni se tindirizza direttament l-esklużjoni soċjali f’pajjiżna għaliex issa l-familji se jkunu jistgħu jippjanaw għall-ispejjeż li normalment jkun hemm ftit qabel ma tibda l-iskola.

Il-Ministru spjegat li anke n-negozji se jkunu qed jmorru aħjar għaliex il-familji se jkollhom aktar flus fil-but u b’hekk ikunu jistgħu jonfquhom fl-interess tat-tfal tagħhom.

L-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca qalet li din il-bidla żgħira se tkun qed tagħmel differenza kbira lill-familji tagħna.

Iċ-Children’s Allowance, Foster Care Allowance, Disability Allowance u Supplementary Allowance jammontaw għal 7.5 miljun ewro.

Coleiro Preca rringrazzjat lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li ħadmu bla heda biex il-pagamenti jaslu għand il-familji minn din il-ġimgħa.

Il-Ministru Coleiro Preca temmet tistieden lill-familji biex jgħaddu s-suġġerimenti tagħhom dwar din il-miżura billi jibagħtu e-mail fuq l-indirizz elettroniku marie-louise.coleiro@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow