Left arrow Go Back

L-ISPEAKER TAL-PARLAMENT MALTI L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA F’LAQGĦAT UFFIĊJALI FIL-PARLAMENT TA’ NEW SOUTH WALES, FL-AWSTRALJA

pr1884
Date Icon 09/09/2013

Matul il-jum ta’ llum, l-Ispeaker kellu laqgħa uffiċjali mal-Ispeaker tal-Parlament ta’ New South Wales l-Onorevoli Shelley Hancock, kif ukoll kellu laqgħat separati mal-President tal-Upper House l-Onorevoli Don Garwin, mad-Direttur tal-Kumitati Parlamentari Rachel Simpdon kif ukoll mal-Iskrivan tal-Kamra, is-Sur Leslie Gonye.

Matul il-laqgħa uffiċjali li kellu mal-Ispeaker l-Onorevoli Shelly Hancock, l-Ispeaker Anġlu Farrugia tkellem dwar il-ħidma tal-ispecial standing committee against corruption li huwa mezz li jsaħħaħ il-ħidma parlamentari kontra l-korruzzjoni u għaldaqstant dan isaħħaħ l-irwol tal-awditur ġenerali fil-PAC.

Aktar tard mal-jum, l-Ispeaker  iltaqa’ ma delegazzjoni mill-Australian Maltese Chamber of Commerce, fejn stedinhom iressqulu l-istudji u r-rapporti  tagħhom sabiex jiġu mgħoddija għall-iskrutinju tal-Kumitati Parlamentari partikolarment il-Foreign Affairs Committee kif ukoll l-Economic and Financial Affairs Committee u dan fid-dawl tal-Att XX tal-2011 li jittratta l-Maltin li jgħixu barra minn Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow