STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA: Il-Kap Nazzjonalista jiddefendi n-nuqqas ta’ ppjanar, kontabilita’ u strateġija tal-gvern preċedenti
Waqt intervista li ta dalgħodu fuq Radio 101, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil għażel li jkompli jiddefendi lill-Gvern li kien immexxi mill-Partit Nazzjonalista, li ħalla problema wara l-oħra f’diveri setturi, mhux l-anqas fis-settur tant important tas-saħħa.
Dr. Busuttil emfasiżża dwar il-problema tal-mediċina out of stock, meta jaf sew li din hija frott ta’ nuqqas ta’ ppjanar u ta’ strateġija u wkoll nuqqas fil-mod kif jinxtraw il-mediċini u viżibilita’, mill-gvern preċedenti. Din hija waħda mill-prijoritajiet li beda jaħdem dwarha mall-ewwel il-Ministeru għas-Saħħa.
Fil-qasam tas-saħħa, Gvern Laburista ma wiritx din is-sitwazzjoni biss, imma wkoll sitwazzjonijiet oħra, fosthom dik tal-waitng lists, is-sitwazzjoni tal-emergenza u n-nuqqas ta’ sodod fl-Isptar “state of the art” Mater Dei, apparti t-telqa sħiħa fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Fl-isfond ta’ dan kollu wieħed irid jiftakar ukoll id-dejn massiv ta’ €63 miljun li ħalla l-Ministru preċedenti fis-settur tas-saħħa, parti minnu b’skapriċċ, b’infieq bla kontroll f’ċertu setturi u nuqqas ta’ kontabilita’ f’setturi oħra, fosthom mediċini u consumables li tħallew jiskadu. Din il-ħela tammonta għal eluf kbar li ttieħdu minn ħalq il-poplu biex spiċċaw mormija.
Il-Ministeru għas-Saħħa mall-ewwel ħa azzjoni u qiegħed jaħdem bis-sħiħ fuq diversi binarji bi strateġija u policy ħolistika li tkopri t-tlett livelli ta’ servizz u wkoll s-sostenibilita’ finanzjarja, biex jagħti nifs ġdid lis-settur tas-saħħa ħalli pajjiżna jkollu verament settur li jagħti attenzjoni xierqa u b’dinjita’ lill-pazjenti u l-familji tagħhom.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031