STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA
Il-kritika tal-Oppożizzjoni għad-deċiżjoni tal-bord tal-MEPA hija ipokrezija ta’ min wikka lil dan il-pajjiż power station li taħdem bil-heavy fuel oil . Dawn huma l-istess nies li saħansitra biddlu l-liġi ambjentali biex pajjiżna juża dan it-tip ta’ fuel.
Id-deċiżjoni tal-board tal-MEPA li jestendi l-użu tal-heavy fuel oil kellha tittieħed bilfors f’dan l-istadju minħabba li l-Gvern preċedenti kien ippospona din id-deċiżjoni qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet.
L-Oppożizzjoni taf sew li din l-estensjoni kienet se tkun qed issir u dan għaliex fi żmien il-gvern preċedenti kien inħareġ permess temporanju biex titħaddem il-power station bil-heavy fuel oil sakemm isiru l-istudji kollha meħtieġa u kif suppost
Dan il-gvern huwa kontra l-użu tal-heavy fuel oil . Kien għalhekk li beda jaħdem sa mill-ewwel ġurnata biex il-qalba mill-heavy fuel oil għall-gass tkun tista ssir. Din il-ħidma tinsab on track u dan il-Gvern se jkun qed jeħles lil pajjiżna mill-heavy fuel oil .
Fil-fatt il-ħidma ta’ dan il-Gvern bdiet mal-ewwel fuq il-power purchase u gas supply agreement. Proġett li mhux biss se jwassal għall-kontijiet orħos għall-familji Maltin u Għawdxin, iżda wkoll għal arja iktar nadifa.
Dan il-proċess huwa mmexxi mill-MEPA mingħajr l-indħil tal-Gvern.
Li kieku kien għall Oppożizzjoni Nazzjonalista il-poplu Malti għandu jibqa’ mwikki bil-heavy fuel oil għall-għoxrin sena li ġejjin.
Permezz tal-politika ta’ dan il-Gvern, l-użu tal-heavy fuel oil se jkun qed jiġi eliminat kompletament mill-powerstations f’pajjiżna sal-2015.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031