STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
pr1848
04/09/2013
B'risposta għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni b'rabta mal-mewt li seħħet fil-Facilità Korrettiva ta' Kordin aktar kmieni llum, il-gvern jappella lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-aktar sensittività fuq dan il-każ.
Wieħed jimmaġina li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni hu nfurmat li l-mistoqsijiet tiegħu jistgħu jiġu mwieġba biss ġaladarba titlesta l-inkjesta maġisterjali.
Wieħed jittama li l-kelliem tal-Oppożizzjoni juri iktar responsabbiltà f'każ sensittiv bħal dan u ma jerġax jdawwar każ bħal dan, li dwaru għaddejja nkjesta, f'xi attakk politiku qabel biss jiġu stabbiliti l-fatti.
Il-Ministeru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali qed jieħu dan il-każ bis-serjetà li tinħtieġ u jieħu l-passi neċessarji meta jkollu l-fatti f'idejh.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031