L-ISPEAKER TAL-PARLAMENT TA’ MALTA JILTAQA’ MAS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-COMMONWEALTH, DR KAMALESH SHARMA
pr1827
03/09/2013
Matul il-jum tal-bieraħ, inżammet l-ewwel konferenza tal-59th Commonwealth Parliamentary Association, liema konferenza kienet iddominata mid-diskors imqanqal tal-President tal-Afrika t’Isfel, Jacob Zuma. Id-delegazzjoni parlamentari maltija li qed titmexxa mill-Ispeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia, ipparteċipat f’din il-konferenza. Wara l-konferenza, l-Ispeaker kellu laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, Dr Kamalesh Sharma.
L-Ispeaker ser ikun wieħed mill-kelliema ewlenin li ser ikun qed jindirizza l-konferenza għada filgħodu bit-tema “The Challenges of attaining the Millennium Development Goals (MGDs) by 2015” .
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031