Left arrow Go Back

L-iSPEAKER TAL-PARLAMENT MALTI JILTAQA’ MAL-KONSLU ONORARJU TA’ JOHANNESBURG

pr1816
Date Icon 01/09/2013

L-iSpeaker tal-Parlament Malti, l-Onorevoli Anglu Farrugia waqt li jinsab imexxi delegazzjoni parlamentari ġewwa l-Afrika t’isfel  li qed tipparteċipa f’diversi konferenzi organizzati mill-Commonwealth Parliamentary Association, żamm laqgħa mal-Konslu Onorarju Malti għal Johannesburg, Dr Danilo Ghirlando, aktar tard matul il-jum tal-31 t’Awwissu.

Tul il-laqgħa li nżammet bejniethom, fost diversi temi ġie diskuss il-proċess dwar il-ħruġ tal-visa b’mod reċiproku bejn iż-żewġ pajjizi.

L-iSpeaker aċċerta lill-Konslu Onorarju Ghirlando, li l-Parlament Malti jirrikonoxxi sew ix-xogħol siewi u anke dak volontarju li jwettqu l-konsli li jinsabu barra pajjiżna. L-iSpeaker fakkar ukoll  li llum avolja jinsabu barra minn xtutna, jistgħu jsegwu bosta mill-ħidma parlamentari permess tas-servizz  tal-live streaming  u anke issa li ser ikun hemm il-perjodiku maħrug mill-Parlament,  fuq l-is-sit elettroniku tal-Parlament Malti.

Għal din il-laqgħa attendew il-whips l-Onorevoli Carmelo Abela u l-Onorevoli David Agius.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow