Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr1815
Date Icon 31/08/2013

Ir-rapport tal-Bord tal-Pulizija juri li hemm bżonn tisħiħ fl-akkademja tal-Pulizija u titjib  fil-mod kif isiru l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Ir-rapport tal-Bord tal-Pulizija juri tisħiħ li hemm bżonn fl-akkademja tal-Pulizija u titjib  fil-mod kif isiru l-investigazzjonijiet tal-Pulizija. B’mod ġenerali mhuwiex aċċettabbli li kif jingħad fir-Rapport ta-Bord tal-Pulizija,  li spettur ma jkunux jaf jagħmel att ta’ akkuża jew jibgħat messaġġ internament fil-Korp tal-Pulizija meta jressaq lil xi ħadd il-qorti. Dan ir-rapport jikxef diversi nuqqasijiet fil-Pulizija li wrietna  mill-Gvern Nazzjonalista.  Dan qalu l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali f’konferenza tal-aħbarijiet b’risposta għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni mill-Kelliem tal-Opozizzjonni għall-Intern Jason Azzopardi.

Il-Ministru Mallia tenna li hu mhux ser jaqa’ fl-iżball li waqa fih Jason Azzopardi u mhux ser jikkumenta fuq ir-rapport tal-Bord li għadu jrid jgħaddi mill-proċeduri tal-liġi tas-servizz pubbliku li jeżaminaw ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport fil-konfront tat-tlett uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. 

Dan b’differenza ta’ dak li għamel Jason Azzopardi li kkumenta għal diversi drabi qabel tlesta dan ir-rapport u issa anke wara li tlesta. Dan kollu  juri immaturita politika minn Jason Azzopardi, qal Dr. Mallia. Jason Azzopardi pprova jxekkel l-investigazzjoni tal-Bord  tal-Pulizija u b’hekk hu irid jerfa’ responsabilita’ politika. Wieħed jistaqsi lil min qed jipprova jiddefendi Jason Azzopardi, qal il-Ministru Mallia.

Jason Azzopardi biddel il-verżjoni fuq diversi affarijiet f’dan il-kaz, fosthom anke dwar il-fiduċja li għandu fil-Bord tal-Pulizija. Gimgħa ilu, Azzopardi ħareġ jgħid li għandu fiduċja assoluta fl-eks Imħallef Franco Depasquale li ilu ċermen ta’ dan il-Bord għal għaxar snin sħaħ, filwaqt li llum Jason Azzopardi m’aċċetax ir-rakkomandazzjonijiet f’dan ir-rapport tal-Bord tal-Pulizija.

Dan huwa attakk ċar mill-Partit Nazzjonalista fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Bl-istess mod kif il-Partit Nazzjonalista qed jattakka l-Awditur Ġenerali fil-Kumitat tax-Xogħol Pubbliku, issa qed jiġi attakkat ukoll il-Bord tal-Pulizija, temm jgħid il-Ministru Manuel Mallia.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow