STQARRIJA MAĦRUGA MILL – MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Jinqabad vann li jipprovdi s-servizzi elettroniċi fil-ħabs iġorr id-droga
Illum għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar, instabet kwantità ta’ droga eroina u nofs flixkun methadone taħt id-dashboard ta’ vann li kien fil-ħabs biex jipprovdi servizzi elettroniċi.
Il-persuna li kienet qed issuq il-vann bħalissa qed tinżamm arrestata, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin. Din is-sejba saret wara li aktar kmieni din il-ġimgħa żewġ uffiċjali tal-ħabs ġew sospiżi wara li rriżultaw pożittivi għad-droga kokaina meta ġew ordnati testijiet tal-urina mill-Ministru tal-Intern.
Is-sigurtà fil-Faċilità Korretiva tal-Ħabs qed tingħata prijorità mill-Ministeru tal-Intern, biex kif qal il-Ministru tal-Intern Manuel Mallia tinqered darba għall-dejjem id-droga mill-Facilità Korretiva ta’ Kordin. Dan bl-għan li il-ħabs tassew ikun jista’ jirriforma lill-priġunieri.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031