STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA
pr1784
27/08/2013
Wara diskussjonijiet bejn il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, l-Onor. Joe Mizzi, ċ-Ċermen ta’ Transport Malta, James Piscopo u l-kumpanija Arriva, intlaħaq ftehim sabiex minn għada l-operatur privat UBS, Unsheduled Bus Services, jidħlu flimkien mal-Arriva, biex joperaw rotot li se jkunu affetwati wara d-deċiżjoni li ttieħdet aktar kmieni. Dan għaliex minn għada se jkunu sospiżi madwar 68 bendy bus mit-toroq.
Ġie maqbul ukoll illi l-Arriva tiffinanzja hi l-ispejjeż addizzjonali neċessarji ħalli jkun jista’ jiġi operat dan is-servizz.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031