Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr1781
Date Icon 27/08/2013

Żewġ uffiċjali tal-ħabs jinstabu pożittivi għat-test tal-urina wara testijiet li ġew ordnati mill-Ministeru

Żewġ uffiċjali tal-ħabs instabu pożittivi għat-test tal-urina waqt eżerċizzju ta’ testijiet għad-droga fuq uffiċjali tal-ħabs bħala parti mill-proċeduri ġodda li ddaħħlu mill-Ministeru biex jitwaqqaf l-abbuż tad-droga fil-ħabs.

Kif kien ħabbar ftit ġimgħat ilu waqt seminar fuq il-problema ta’ droga fost iż-żgħażagħ, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia ordna li jsiru testijiet  tal-urina biex jibdew isiru mhux biss fuq il-prigunieri iżda anke fuq l-istaff li jaħdem fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin.

Dan bħala parti minn pjan serju li għandu l-Ministeru tal-Intern biex jeqred il-problema tad-droga minkejja li ilha tippersisti fil-Faċilità ta’ Kordin, għal diversi snin ġiet injorata.

Il-Minsiteru jemmen  li hu innaċċettabli li persuna tidħol il-ħabs mingħajr il-problema tad-droga u toħroġ mill-ħabs b’din il-problema. Dan imur kontra l-iskop kollu li l-ħabs iservi verament ta’ facilità korrettiva.

It-testijiet tal-urina fuq l-istaff bdew minn din il-ġimgħa u beħsiebhom ikomplu b’mod perijodiku. Mit-testijiet li saru s’issa, l-indikazzjonijiet juru li nstabu żewġ uffiċjali tal-ħabs pożittivi għad-droga kokaina. Ser isiru verifikazzjonijiet oħra sabiex din l-informazzjoni tiġi aċċertata mingħajr ebda dubju.

It-tmexxija tal-ħabs għaddiet l-informazzjoni lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jibda l-investigazzjonijiet fil-konfront ta’ dawn iż-żewġ persuni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow