SOTTOMESSI 49 ESPRESSJONI TA’ INTERESS GHALL-PROVIZJONI TA’ FACILITAJIET GHAL ANZJANI LI JKUNU JEHTIEGU KURA FIT-TUL
Is-sejħa għall-espressjoni ta’ interess għalqet t-Tnejn 20 ta’ Awwissu fejn l-investituri setgħu jressqu kull xorta ta’ proposta lill-Gvern għall-provediment ta’ servizzi residenzjali għall-anzjani.
Is-sottomissjonijiet kienu jvarjaw minn proposti għal residenzi ġodda għal oħrajn li jirrigwardjaw konverżjoni ta’ strutturi eżistenti.
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Dr Franco Mercieca fisser dan l-interess kbir fis-sejħa bħala turija ta’ fiducja mill-investituri fid-direzzjoni l-ġdida li ta dan il-Gvern fil-qasam tal-kura tal-anzjani u l-anzjanità attiva.
Dr Mercieca saħaq li dan l-ammont jixhed l-interess kbir li kien ilu jinġema’ għal snin sħaħ minn bosta operaturi fis-settur privat biex jinvestu f’dan il-qasam. Huwa żied jgħid li l-qasam tal-kura tal-anzjani fit-tul għandu mhux biss potenzjal ta’ investiment għas-settur privat, iżda wkoll opportunità kbira għal diversi żgħażagħ li jixtiequ jiżviluppaw il-karriera tagħhom f’dan is-settur li kulma jmur qiegħed dejjem jikber.
“Dan l-ammont ta’ proposti jixhed ukoll il-filosofija ta’ dan il-Gvern li jaħdem id f’id mas-settur privat fejn kien mistieden iressaq kull xorta ta’ proposta. L-investituri jridu dawn is-sinjali ta’ strateġija fit-tul biex ikunu jistgħu jinvestu b’għaqal u jsaħħu s-servizzi preżenti fl-interess tal-anzjani f’pajjiżna,” saħaq l-Onor. Segretarju Parlamentari Dr Franco Mercieca.
Fil-ġimgħat li ġejjin bord ta’ evalwazzjoni se jkun qed janalizza d-disgħa u erbgħin espressjoni ta’ interess sottomessi fejn se jkunu qegħdin jiġu shortlistedgħadd ta’ proposti li huma finanzjarjament vijabbli. Wara jibda l-proċess biex jintgħażlu dawk il-proposti li joffru l-aqwa servizz lil anzjani li jkunu jeħtieġu kura fit-tul, bl-aħjar prezzijiet u fl-iqsar żmien possibbli.
Dr Mercieca tenna li kemm-il darba l-Gvern jipprovdi mat-300 sodda fis-sena għall-kura tal-anzjani fit-tul se nkunu qed nilliberaw għexieren ta’ sodod li jinsabu mblokkati fl-Isptar Mater Dei u Karin Grech u fl-istess waqt se jkunu qegħdin jiġu utilizzati aħjar miljuni ta’ ewro f’fondi pubbliċi fl-interess tal-anzjani nfushom.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031