Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr1771
Date Icon 24/08/2013

L-Oppożizzjoni tippprova tfixkel investigazzjoni indipendenti

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi qed jipprova jxekkel investigazzjoni indipendenti tal-bord tal-Pulizija dwar il-każ tal-identità żbaljata li wasslet għall-arrest ta’ Darryl Luke Borg.

 Mill-affidavit li ġie ppreżentat, jiġi kkonfermat li ħadd mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ma kkuntattja lil Darryl Luke Borg. Tant hu minnu li l-affidavit jgħid li kienet terza persuna li m’għandha x’taqsam xejn mal-Ministeru li kellmet liż-żagħżugħ biex imur “ikellem lil xi ħadd”.

 Dan il-fatt waħdu jgiddeb lil Jason Azzopardi li bħal-lum ġimgħa ta’ x’jifhem mod ieħor.

 Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jerġa’ jtenni li m’għamel ebda kuntatt, imma li fl-istess waqt kien fi dmir li jisma’, lill-vittma ta’ din is-sitwazzjoni u jidderiġija għal quddiem l-investigazzjoni tal-Police Board. Fil-fatt, l-affidavit jikkwota lill-omm tgħid “Is-Sur Silvio Scerri qalli li kelli opportunità tad-deheb li dak li kont qed ngħid lilu, ngħidu lill-Bord”.

 L-Oppożizzjoni qed tipprova timmina l-investigazzjoni tal-Police Board bl-iktar mod sfaċċat.

 Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali għandu fiduċja sħiħa fl-investigazzjoni li qed issir mill-eks Imħallef Franco Depasquale, li huwa l-istess persuna li kienet tmexxi l-Police Board għal dawn l-aħħar għaxar snin.

 Għal ġieh il-korrettezza u t-trasparenza, jekk Jason Azzopardi jaħseb li għandu xi fatti ġodda dwar dan il-każ, flok jagħmel konferenza tal-aħbarijiet jersaq quddiem il-Police Board u jgħaddi dawn il-fatti.

 Minn dak li ħareġ illum jikbru s-suspetti li Jason Azzopardi qed jipprova jiddefendi lil xi ħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

More Press Releases Right arrow