MAĦTUR BORD T’INKJESTA DWAR IX-XIRI TAL-POST TAL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN ĠWANN
Is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali José Herrera ħabbar l-ismijiet tal-membri li ser ipoġġu fuq il-bord ta’ inkjesta ħalli jinvestigaw ix-xiri tal-post tal-Kunsilli Lokali ta’ San Ġwann u t-tiġrif tas-saqaf tal-binja. Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann xtara dan il-post fis-sena 2000 u parti mis-saqaf tiegħu ċediet ftit tal-jiem ilu.
It-talba biex jiġi investigat il-mod li bih inxtara dan il-post u x’wassal għal dan l-inċident saret mis-Segretarju Parlamentari José Herrera fi żjara li kien għamel fuq il-post nhar l-14 t’Awissu.
Il-bord huwa kompost miċ-chairman Dr. Joe Mifsud, is-Senior Monitoring Officer mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali Chris Galea u l-kumpanija tal-awdituri Grant Thorton. Din il-kumpanija hija l-istess waħda mqabbda mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali sabiex tagħmel audit fuq il-kotba finanzjarji ta’ numru ta’ Kunsilli Lokali fosthom dak ta’ San Ġwann.
Is-Segretarju Parlamentari José Herrera talab lill-bord biex sal-aħħar ta’ Settembru 2013 jippreżenta rapport preliminari.
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031