STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MEMBRI TAL-GVERN FIL-PUBLIC ACCOUNTS
Investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali
Il-membri tal-Gvern fil-Public Accounts Committee jinnotaw it-talba tal-Oppozizzjoni ghal investigazzjoni dwar proċedura li ntużat fl-għażla ta' avukati fir-rigward tal-espressjoni ta' interess għall-konċessjoni ta’ żewġ Casinos.
Il-membri tal-Gvern iħossu li din l-investigazzjoni għandha titwessa’ għall-prattiċi użati millamministrazzjoni preċedenti biex jiġu magħżula konsulenti għal servizzi legali u servizzi ohra speċjalment mill-Ministeru tal-Finanzi.
Wieħed ta' min jgħid li dawn il-kuntratti kważi dejjem ingħataw direct orderlill-istess ftit nies millMinistru preċedenti fuq kriterji mhux magħrufa.
Dan kuntrarju għall-proċedura li qed tintuża bħalissa fejn kumpaniji differenti qed jingħataw lopportunità li jesprimu l-interess tagħhom sabiex jagħtu tali servizzi.
Ministru Konrad Mizzi
Segretarju Parlamentari Owen Bonnici
MP Chris Agius
MP Justyne Caruana
Other Press Releases:
PR262032
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...
PR262031