IX-XOGĦOL FI TRIQ MELITA JITLESTA QABEL IŻ-ŻMIEN
Tlesta qabel iż-żmien ix-xogħol infrastrutturali fi Triq Melita, il-Belt Valletta, fejn kellu jinqala’ pavimentar tat-triq u jsir mill-ġdid, inqas minn sena wara li tlesta x-xogħol f’din it-triq.
Kif kien diġa tħabbar minħabba li laħaq skada ż-żmien li matulu, il-kuntrattur seta’ jinżamm responsabbli għax-xogħol li għamel, l-ispejjeż biex isir dan ix-xogħol mill-ġdid, se jkollhom jitħallsu minn Transport Malta. Dawn swew iżjed minn €100,000.
Il-pavimentar, bejn Triq ir-Repubblika u Triq l-Ifran tkisser u sfronda, u kien qed ikun ta’ periklu għal min jgħaddi minn hemm bil-mixi, tant li ħafna residenti u individwi oħrajn, matul is-sena li għaddiet, kienu wrew it-tħassib tagħhom dwar dan mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Din il-kwisjtoni kienet tqajmet anke fil-Parlament u l-Ministru responsabbli ta’ dak iż-żmien, l-eks-Ministru Austin Gatt kien iddikjara li huwa konxju ta’ dawn l-inkonvenjenzi u qal li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet se jara x’inhuma l-problemi biex jibda jaħdem fuqhom.
Is-sitwazzjoni baqgħet tiddeterjora u għalhekk, Gvern ġdid ħa passi mill-ewwel, u beda xogħol ta’ pavimentar mill-ġdid tat-triq b’użu ta’ materjal li jiflaħ għal ċertu volum ta’ vetturi.
Kif kien tħabbar, il-Ministru Joe Mizzi ried jiżgura li x-xogħol jitlesta fi żmien aċċettabbli u fil-fatt, dan tlesta ġimgħatejn qabel ippjanat.
Other Press Releases:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030