STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA
SITT KONSORZJI SHORTLISTED BIEX JISSOTTOMETTU ‘BID’ FINALI GĦALL-‘LONG TERM POWER PURCHASE AGREEMENT’ U ‘GAS SUPPLY AGREEMENT’ – ‘ON TRACK’ FIL-ĦIDMA TAL-GVERN LEJN KONTIJIET ORĦOS U ARJA AKTAR NADIFA.
Il-Korporazzjoni Enemalta llum ħabbret is-sitt konsorzji li gew shortlisted għall-Long Term Power Purchase u Gas Supply Agreement.
Dawn huma:
• Daewoo Shipping and Marine Engineering Company Ltd
• ElectroGas Malta Consortium
• Edison SPA
• Endeavour Energy Holdings LLC and Exodus Crossing LLC
• Soffimat Gestamp
• Yildirim Tecnicas Power and Gas
Dawn is-sitt konsorzji ġew shortlisted wara li kkwalifikaw skont il-kriterji f’dan il-proċess kompetittiv biex jissottomettu ‘bid’ finali għall-‘Power Purchase Agreement’ u ‘Gas Supply Agreement’. Dan huwa pass ieħor fil-ħidma tal-gvern lejn kontijiet orħos u arja aktar nadifa.
Il-Ministeru jfakkar li dan il-Gvern beda jaħdem fuq dan il-proġett sa mill-ewwel jum fejn fi ftit inqas minn xahar wara l-elezzjoni, il-Gvern ħareġ is-sejħa internazzjonali tal-espressjoni ta’ interess u kapaċita` għall-Long term Power Purchase Agreement u Gas Supply Agreement.
Oriġinarjament kien hemm dsatax-il sottomissjoni, xhieda tal-interess qawwi f'dan il-proġett fattibbli. Dawn issa niżlu għal sitta; pass ieħor li juri li dan il-proġett qiegħed on track.
Minbarra li għaddej dan il-proċess, bħalissa għaddejjin ukoll l-istudji kollha meħtieġa biex il-MEPA, wara konsultazzjoni ma’ dawk kollha konċernati, eventwalment toħroġ il-permessi neċessarji.
Dan juri kemm il-gvern huwa kommess li mhux biss iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif imwiegħed, imma li jkollna arja iktar nadifa.
Other Press Releases:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030