STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Sekwenza tal-fatti – Bħalissa L-MT Salamis għadu wieqaf 24nm ’il bogħod mill-kosta Maltija
Bħalissa MT Salamis, it-tanker li abbord għandu 102 immigrant, għadu wieqaf 24nm ’il bogħod mill-kosta ta’ Malta. Is-sekwenza tal-fatti ġrat hekk:-
• MRCC Rome tat struzzjonijiet lill-MT Salamis biex imorru fl-aktar port viċin u sigur li f’dan il-każ kien fil-Libja (it-tanker kien 46.4nm ’il bogħod mill-kosta Libjana u 140nm ’il bogħod mill-kosta Maltija)
• Minkejja struzzjonijiet ċari mill-MRCC Rome u RCC Malta, MT Salamis ma kkuntatjatx l-awtoritajiet Libjani u b’hekk effetivament injorat dawn l-istruzzjonijiet. Din id-deċiżjoni ittieħdet mill-Kaptan mas-sidien u l-operaturi tat-tanker bi ksur tal-obligazzjonijiet internazzjonali li jirregolaw l-isbark ta’ persuni f’sitwazzjonijiet ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ.
Annessa hi mappa li turi l-pożizzjoni li kienet fiha id-dgħajsa meta kien hemm l-operazzjoni ta’ salvataġġ u l-pożizzjoni attwali tal-MT Salamis
Mappa:
Other Press Releases:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030