“KUNU MAGĦNA F’DIN IL-BIDLA STORIKA” - JOSÈ HERRERA
Dalghodu s-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kultura u l-Kunsilli Lokali Dr Jose’ Herrera ha sehem f’dibattitu waqt live in ghaz-zghazagh organizzat mill-Agenzija Zghazagh f’Villa Psaigon Had Dingli. F’dan il-live in ippartecipaw zghazagh bejn it-13 u s-17 –il sena.
Waqt diskussjoni dwar Vot 16 is-Segretarju Parlamentari appella liz-zghazagh prezenti biex ikunu protganisti f’din il-bidla storiku. Bidla, qal Herrera, li qed tigi imbutatta ‘l quddiem mis-Segretarjat imexxi minnu bil-ghajnuna u l-partecipazzjoni t’ghadd t’ entitajiet, ministeri, Oppozizzjoni u Knisja. Hawn fakkar f’wahda mil-laqghat li kellu, dik mal-Isqof t’Ghawdex Mario Grech u kif dan wera herqa biex proposta bhal din tiddahhal malajr kemm jista’ jkun.
Huwa qal li fl-ahhar elezzjoni generali, l-Gvern inghata mandat li ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali jnaqqas l-eta’ tal-vot ghal 16 –il sena. Fakkar kif fl-ewwel diskors tieghu li ghamel dwar il-Kunsilli Lokali huwa qal li r-rigal li din l-amministrazzjoni trid taghti lill-Kunsilli Lokali f’gheluq l-20 sena huwa propju li jdahhal din il-mizura ghaliex tali proposta ser idahhal demm gdid fil-Kunsilli Lokali. Madanakollu dan il-Gvern haseb li qabel tiddahhal din il-weghda f’pajjizna jinbet process ta’ diskussjoni biex jigi spjegat l-importanza ta’ din il-bidla storika. Qal li ghalkemm il-forzi politici fil-pajjiz qed jaqblu ma din il-proposta xorta wahda hawn minn hu xettiku. Ghalhekk appella liz-zghazagh prezenti biex jiehdu sehem f’dan il-process storiku u jwasslu l-messagg taghhom favur vot 16.
Prezenti ghal din id-diskussjoni kien hemm id-deputat tal-oppozizzjoni Robert Cutajar li qal li minn statistika tal-ewro barometru z-zghazagh f’pajjizna huma fuq ta’ quddiem nett li jippartecipaw fil-politika. Huwa appella liz-zghazagh prezenti biex jippartecipaw f’dan il-process ta’ diskussjoni anke permezz tas-social networks.
F’din id-diskussjoni hadu sehem ghadd ta’ zghazagh li staqsew ghaliex il-vot 16 qed jinghata biss ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Hawn is-Segretarju Parlamentari ta’ spjega storika ta’ kif zviluppa d-dritt tal-vot f’pajjizna u m’eskludiex li dan il-pass storiku jwassal ghal aktar bidliet storici u kostituzzjonali. Jose’ Herrera qal li dibattiti bhal dawn jghinu biex flimkien naghmlu l-pass naturali li jmiss.
Ic-chairman tal-Monitoring Committee Michael Cohen qal li l-Kunsilli Lokali qed jigu fdati bi sfidi godda. Huwa qal li bhalissa l-mira principali ta’ dan il-kumitat hija li tinbidel il-ligi imma imbaghad wara jrid jinbet process ta’ diskussjoni biex fl-ewwel elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali iz-zghazagh johorgu jivvutaw. Huwa qal li f’dan il-process ser ikun hemm anke l-involviment tal-oqsma edukattivi f’pajjizna.
Prezenti ghal din id-diskussjoni kien hemm anke l-President tal-AKL Dr Marc Sant.
Other Press Releases:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030