STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Birdlife Malta għandha tkun aktar responsabbli f’dak li tgħid
B'referenza għall- istqarrija maħruga illum minn Birdlife Malta is- Segretarjat għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jixtieq jagħmilha ċara li huwa assolutament mhux minnu u hija wkoll misinformazzjoni li tgħid li l-Gvern qed jirrifjuta li jippublika xi ċifri dwar id-deroga għall-kaċċa ta’ żewġ speċi fir- rebbiegħa.
Kif taf tajjeb il-Birdlife, l-informazzjoni meħtieġa tkun trid tinġabar minn entitajiet differenti, inkluż il-pulizija u il- MEPA u wara, din tingħata mill- Ornis Committee. Tkun qed tqarraq li tgħid li l-Gvern qed jirrifjuta li jippublika xi ċifri bil-konsegwenza li timplika, li l-Gvern għandu xi ħaġa x'jaħbi.
Il- Birdlife taf ukoll li membri tagħha attendew regolarment għal-laqgħat kemm tad- Derogation Monitoring Board, li twaqqaf għall-ewwel darba minn dan il-Gvern biex juri serjetà u responsabilità, kif ukoll fl-Ornis committee u huwa dan il kumitat li minnu jingħataw iċ-ċifri. Il-Kumitat Ornis ser joħrog dawn iċ-ċifri fil-laqgħa li jmiss.
Il-Gvern jistenna li l-Birdlife turi responsabilità u maturità fl-istqarrijiet li toħroġ.
Other Press Releases:
PR262031
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...
PR262030