Left arrow Go Back

L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA JŻUR L-AMBAXXATA MALTIJA FIL-POLONJA

PR1651
Date Icon 01/08/2013

Waqt iż-żjara li qed jagħmel fil-Polonja, l-iSpeaker Anġlu Farrugia, flimkien mad-delegazzjoni parlamentari li qed imexxi fil-pajjiż, żar l-Ambaxxata Maltija ġewwa Varsavja, li kienet infetħet erbgħa snin ilu fil-kapitali Pollakka.

L-Ispeaker Malti, wara li ġie mdawwar mal-binja minn Christianne Caruana, ix-Chargé d’Affaires Maltija fil-Polonja, radd ħajr lill-istaff tal-Ambaxxata għall-ħidma tagħhom fil-pajjiż.  L-iSpeaker Anġlu Farrugia faħħar lid-diplomatiċi Maltin talli, għalkemm in-numru ta’ Maltin li jew jgħixu jew jaħdmu ġewwa l-Polonja mhuwiex wieħed kbir, is-servizzi li toffri l-Ambaxxata huma mfittxija u ferm apprezzati.

Jakkumpanja lid-delegazzjoni parlamentari Maltija mmexxija mill-iSpeaker Malti hemm ukoll l-ewwel Ambaxxatur Malti li kien residenti fil-Polonja s-Sur Gaetan Naudi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow