Left arrow Go Back

TALBA BIEX IR-REGOLATUR INIEDI QAFAS ĠDID SAL-AĦĦAR TAS-SENA TA’ KIF JITFASSLU L-PREZZIJIET TAL-GASS BIEX IKUN HEMM AKTAR STABBILITÀ

pr1648
Date Icon 31/07/2013

Il-Gvern huwa diżappuntat biż-żidiet imħabbra fil-prezz tal-gass taċ-ċilindri. Waqt press briefing, il-Ministru Mizzi spjega kif ħarsa lejn il-zidiet fil-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass fl-aħħar snin turi li dawn il-piżijiet dejjem inġarru mill-konsumaturi. Qal li l-Gvern ġdid irid li din is-sitwazzjoni tinbidel.

Fl-elfejn u tmienja l-Gvern preċedenti iffirma ftehim mal-operatur privat għal tletin sena. L-operatur investa f’impjant ġdid, modern u kbir biex ikollu ħażna ikbar. Iżda l-mudell regolatorju addottat mill-Gvern preċedenti ma joffri l-ebda inċentiv lill-operatur privat biex jaħseb għal ħażna akbar meta l-prezz internazzjonali tal-gass ikun irħas.

Il-Ministru Mizzi qal li dan il-Gvern jixtieq li din is-sitwazzjoni ma tkompliex tiddomina u għalhekk qed jagħmel dak kollu possibbli biex il-familji u n-negozji jkollhom prezzijiet iktar stabbli. Qal li, jekk l-operatur ikollu inċentiv bizzejjed biex jaħseb għax-xiri u l-ħażna tal-gass meta l-prezz ikun irħas, anke hu jmur tajjeb flimkien mal-konsumaturi.

Spjega kif is-snin preċedenti juru li f’ċertu xhur tas-sena, meta tiżdied id-domanda minn barra, l-prezz internazzjonali tal-gass jiżdied waqt li f’xhur oħra il-prezzijiet jonqsu. Għalhekk, l-operatur irid ikollu inċentiv biex jixtri bl-aħjar prezz u fl-aħjar żmien possibli. Qal li jekk tibqa ma tittieħed l-ebda tip t’azzjoni, żgur li se nibqgħu fl-istess sitwazzjoni.

Il-Ministru Mizzi qal li l-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma qed jagħmel talba lir-regolatur , l-MRA, biex issir review tal-mudell li bih jitfassal il-prezz tal-gass.

Dan bil-għan li, sal-aħħar tas-sena, ir-regolatur iniedi qafas ġdid li jassigura aktar stabbilita fil-prezz tal-gass biex il-konsumaturi u n-negozji jkunu jafu fejn qegħdin u jkunu jistgħu jippjanaw aħjar.

Il-Ministru Mizzi qal li se jsiru laqgħat kontinwi mal-operaturi tas-settur biex tinstab soluzzjoni għall-problema maħluqa mill-Gvern ta’ qabel, u mhux mill-kumpaniji involuti.

L-operaturi diġa urew li huma lesti li jiddiskutu u għalhekk dan il-Gvern il-ġdid huwa ottimist li jsib il-kollaborazzjoni tagħhom biex jiddaħħlu prattiċi aktar sensibbli fis-suq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow