Left arrow Go Back

BIDLA FIL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-FILMS

pr1582
Date Icon 23/07/2013

Mill-Erbgħa, 24 ta’ Lulju, sejra tidħol fis-seħħ l-Avviż Legali 416/2012 fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-films f’Malta.

Il-films issa sejrin jibdew jiġu klassifikati hekk:

(i)‘U’ - UNIVERSALI. Tajjeb għal kulħadd.
(ii)‘PG’ - GWIDA TAL-ĠENITURI. Jista’ jarahom kulħadd, iżda xi xeni jistgħu ma jkunux tajbin għat-tfal żgħar.
(iii)‘12A’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu 12-il sena, u fuqhom: Iżda persuni ta’ età iżgħar minn 12-il sena jistgħu jarawhom jekk ikunu akkumpanjati minn persuna adulta biss.
(iv)‘12’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu 12-il sena, u fuqhom.
(v)‘15’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu 15-il sena, u fuqhom.
(vi)‘18’ - Tajjeb biss għal persuni li għalqu 18-il sena, u fuqhom.

B’hekk ser jispiċċaw il-klassifikazzjonijiet ‘14’ u ‘16’ u sejrin jiddaħħlu it-‘12A’ u l-‘15’ filwaqt li qegħda tingħata tifsira differenti lill-‘PG’.

Iċ-ċertifikat dwar il-klassifikazzjoni skont l-età u l-avviżi lill-pubbliku li jkun fihom informazzjoni addizzjonali iridu jiġu esibiti f’post fejn jidhru sewwa fid-daħla taċ-ċinematografu u jistgħu jinġiebu għall-attenzjoni tal-pubbliku b’xi mezz ieħor.  Fi ftit taż-żmien ieħor, il-Bord ġdid dwar il-Klassifika tal-l-Età dwar il-Pellikola ser jibda joħroġ tagħrif li għandu jservi ta’ gwida għall-pubbliku li jrid jara l-film billi jiġġustifika għala ġiet mogħtija din il-klassifikazzjoni.

Bidla oħra li ser tibda sseħħ b’mod immedjat hi li meta d-distributur tal-film ma jaqbilx mal-klassifikazzjoni ta’ xi film, il-persuna li tkun applikat għall-eżami tal-pellikoli tista’, jekk tħossruħha aggravata bid-deċiżjoni, fi żmien ħamest ijiem minn meta tirċievi dik id-deċiżjoni, tapplika bil-miktub lill-Bord tar-Reviżjoni tal-Klassifikazzjoni għal reviżjoni ta’ dik id-deċiżjoni. Il-Bord ta’Reviżjoni jista’ jikkonferma jew jirrevedi d-deċiżjoni tal-Bord tal-Pellikoli.  Sal-lum, meta distributur ta’ film ma kienx jaqbel mal-klassifikazzjoni mogħtija, kien irid jappella quddiem l-istess Bord.

Il-klassifikazzjoni tal-films issa mhix aktar taħt ir-responsabilità tal-Pulizija imma taħt l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.

Il-Bord il-ġdid maħtur mill-Onor. Dr. José Herrera, Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali, huwa kompost mis-Sinjuri Mario A. Azzopardi (Chairman); Dr. Roberta Attard, Victor Bonello, Alfred Briffa, Dr. Katya De Giovanni, Dominic Garcia, Marion Grech u Pia Micallef.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow