Left arrow Go Back

L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA, SPEAKER TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI IŻUR L-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA

pr1578
Date Icon 23/07/2013

L-iSpeaker, l-Onorevoli Anġlu Farrugia għamel żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, fejn kien milqugħ mill-Awditur Ġenerali, Anthony C. Mifsud, id-Deputat Awditur Ġenerali Charles Deguara u l-istaff kollu. F’kelmtejn ta’ merħba s-Sur Mifsud ta rendikont tar-rapporti ppubblikati mill-Uffiċċju matul dawn l-aħħar 5 snin u radd ħajr lill-impjegati kollha għall-ħidma tagħhom. L-Awditur Generali qal li s-sena d-dieħla, bħala parti mill-kommemorazzjoni mill-mitejn sena mit-twaqqif tiegħu, l-Uffiċċju se jkun qed jorganizza f’Malta l-Konferenza tal-Awdituri Ġenerali tal-pajjiżi membri tal-Commonwealth.

Fid-diskors tiegħu, l-iSpeaker emfasizza l-apprezzament tiegħu għar-rapporti li regolarment jiġu ppreżentati lilu mill-Uffiċċju biex dawn jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra, u wara jiġu diskussi fil-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC).  Dan hu xogħol li jsir mill-ħaddiema tal-Uffiċċju  u li huwa strumentali  biex ikun assigurat li r-riżorsi pubbliċi qed jintużaw bl-aħjar mod possibbli.

Fl-aħħar tal-laqgħa l-Awditur Ġenerali ppreżenta żewġ pubblikazzjonijiet interni li jintużaw mill-istaff bħala gwida għalihom fix-xogħol ta’ kuljum tagħhom. Wara l-laqgħa li nżammet mal-management, l-iSpeaker ltaqa’ ma kull membru tal-istaff tal-NAO.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Il-Ministru Chris Fearne jindirizza t-18-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta

PR262031

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Il-Ministru C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

More Press Releases Right arrow