Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA

pr1562
Date Icon 20/07/2013

Għal dan il-gvern is-saħħa tan-nies tiġi l-ewwel u qabel kollox

Din l-amministrazzjoni se tagħmel dak li m’għamilx il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern minn kemm ilha li twaqqfet il-wasteserv

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima jerġa jtenni li d-deċiżjoni li l-Family Park f’Marsaskala jingħalaq temporanjament b’seħħ immedjat ittieħdet b’rispett sħiħ lejn is-saħħa tal-bniedem. Dan wara opinjoni li esprimew l-esperti li ħejjew rapport sejru dwar is-sitwazzjoni fl-Impjant ta’ Sant Antnin.

U dan minkejja li l-istess esperti stqarrew li l-emissjonijiet ta’ kubrit li herġin mill-Impjant ta’ Sant Antnin huma taħt il-livelli stabbiliti mill-Unjoni Ewropeja.

Il-Gvern aġixxa malli, u fl-istess jum, li r-rapport  uffiċjali tal-esperti tar-Review Team ġie f’idejn il-Ministeru.

Sa dalgħodu stess, kelliem għall-Oppożizzjoni ipprova jimminimizza l-inċident ta’ emissjonijiet mill-impjant billi qal li dan aktarx huwa inqas mill-emissjonijiet ta’ trakkijiet għaddejjin viċin il-Park.

Dan il-Gvern sab sitwazzjoni fil-WasteServ u fl-Impjant ta’ Sant Antnin ferm agħar milli wieħed kien qiegħed jistenna. L-Amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista qed taħrab milli tirrispondi għan-nuqqasijiet kbar li nstabu fl-Impjant ta’ Sant Antnin u fil-WasteServ u li issa ħargu fil-beraħ. 

Il-ħsara teknika li nqalgħet fl-impjant, u li konsegwenza t’hekk il-Ministeru kellu parir li jagħlaq il-Park, hija sintomu tal-immaniġġjar u ippjanar ħażin tal-impjant ta’ Sant Antnin tul is-snin. Xhieda ta’ dan hija korrispondenza li l-Ministeru rċieva mit-tmexxija preċedenti tal-WasteServ.

Tul is-snin kien hemm telqa kbira f’dak li huwa ħarsien ta’ saħħa u sigurtà kemm tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol tagħhom, kif ukoll bhala assessjar tar-riskju fl-impjant. Kien grazzi għaż-żewġ rapporti ikkummissjonati mill-Gvern, u li ġew ippubblikati f’dawn l-aħħar jiem, li ħareg ċar li kien hemm kollass totali f’dak li huwa occupational health and safety, b’persuna waħda biss responsabbli minn dan il-qasam għall-impjanti kollha li għandha l-WasteServ f’Malta u Għawdex.

Filwaqt li l-Ministeru huwa tal-fehma li m’hemm ebda riskju imminenti għall-ħaddiema, fejn tidhol saħħa u sigurta’ fl-impjanti kollha li għandha l-WasteServ, dan il-Gvern qiegħed jieħu, u se jkompli jieħu, l-passi li hemm bżonn biex dan il-qasam tant sensittiv u kruċjali jiġi indirizzat kif xieraq u b’mod professjonali. Xi ħaġa li ħaddiehor m’għamilx minn kemm ilha li twaqqfet il-WasteServ.

Għall-Gvern is-saħħa tan-nies tiġi l-ewwel u qabel kollox.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow