Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA

pr1534
Date Icon 17/07/2013

Ma nħareġ ebda permess għal skema ta’ parkeġġ residenzjali f’San Pawl il-Baħar

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jagħmilha ċara li Transport Malta ma ħarġet ebda permess għall-implimentazzjoni ta’ skema ta’ parkeġġ residenzjali f’San Pawl il-Baħar.

Wara li fil-ġranet li għaddew, il-Kunsill Lokali, unilateralment, waħħal tabelli matul ix-xatt ta’ San Pawl il-Baħar mingħajr ebda permess ta’ Transport Malta, il-Ministeru qed jesiġi li immedjatament dawn it-tabelli għandhom jitgħattew.

Sadanittant, inbdew proċeduri ta’ inforzar, fejn il-Kunsill Lokali ġie ordnat ineħħi t-tabelli fi żmien tlett ijiem.

Jekk il-Kunsill Lokali ma jimxix ma’ dawn l-istruzzjonijiet ta’ inforzar, Transport Malta se tneħħi dawn it-tabelli mhux approvati minnha u l-ispejjeż ikollhom jitħallsu mill-Kunsill Lokali nnifsu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow