Left arrow Go Back

“INNAQSU L-BUROKRAZIJA FL-INDUSTRIJA TAL-FILMS”

pr1524
Date Icon 16/07/2013

“Jeħtieg li titnaqqas il-burokrazija sabiex inġibu aktar investiment għall-industrija tal-films”. Dan il-kliem intqal mil-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia waqt l-ewwel film symposium organizzat mill-Ministeru. Bħala Ministeru li għandu taħtu diversi dipartimenti, diġà beda jsir xogħol biex titnaqqas il-burokrazija għal din l-industrija, f’servizzi offruti minn dipartimenti li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, bħal servizzi li jkun hemm bżonn mill-pulizija, mill-armata, u fejn ikun hemm bżonn visas u passaporti. Dan il-Ministeru ma jittolerax li nies  li ġew f’pajjiżna biex jinvestu l-flus isibu l-problemi minħabba l-burokrazija. Biex titneħħa il-burokrazija, fil-pjanijiet tal-Gvern hemm il-ħolqien ta’ aġenzija li fi ħdanha ikollha kwistjonijiet ta’ visas u ċittadinanza. Il-Ministru tal-Intern ħabbar li l-Gvern qed jistudja  x’inċentivi fiskali ġodda jistgħu jiġu introdotti, bl-għan li jgħinu lil din l-industrija.

Waqt il-film symposium tkellem il-konsulent tal-gvern dwar il-films, Engelbert Grech, li ħeġġeġ lil dawk kollha involuti biex fejn isibu xi problema, jsaqsu għall-għajnuna, jekk hemm bżonn anke mingħand il-Minsteru. Il-konsulent dwar il-fondi Ewropej fi ħdan il-Ministeru, Cyrus Engerer, qal li l-Gvern ser jistudja metodi kif nistgħu nutilizzaw fondi Ewropej f’dan il-qasam.

Waqt din l-attività, diversi persuni involuti f’dan il-qasam saħqu fuq il-bżonn li l-kummisjoni tal-films tissaħħaħ u tkun tista’ tirriklama barra minn pajjiżna il-films li jsiru f’pajjizna u servizzi li nistgħu noffru għal produzzjonijiet barranin. Dawk preżenti enfasizzaw ukoll fuq il-bzonn ta’ inċentivi fiskali f’dan il-qasam. Kien hemm min sostna, li l-qasam tar-riklami jeħtieg li jingħata aktar attenzjoni f’pajjiżna għax qed issaraf f’investiment konsiderevoli. Kien hemm ukoll min irrimarka, li f’pajjiżna hawn bżonn ta’ avukati  li jispeċjalizzaw fil-liġi li tirregola l-films.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow