Left arrow Go Back

IL-GVERN KOMMESS LI JAPPOĠĠJA INIZZJATTIVI FAVUR RIĊERKA U INNOVAZZJONI FIL-QASAM TAL-AVJAZZJONI

pr1520
Date Icon 16/07/2013

Fis-snin li ġejjin Malta jista’ jkollha l-ewwel ċentru ta’ riċerka fit-teknoloġija tal-avjazzjoni msejjaħ in-National Aerospace Centre

Il-gvern jinsab kommess li jappoġġja inizzjattivi favur riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-avjazzjoni f’pajjiżna li għandhom jagħtu spinta lis-settur biex dan ikompli jespandi. Qal dan il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella waqt preżentazzjoni li saret dalgħodu minn grupp ta’ inġiniera li jispeċjalizzaw f’riċerka teknoloġika marbuta mal-avjazzjoni.

Il-Ministru Vella semma’ kif f’Malta s-settur tal-avjazzjoni qed jikber b’rata mgħaġġla u sostna li l-intenzjoni tal-gvern hi li jagħti direzzjoni lil dan il-qasam hekk kif sa ftit tax-xhur ilu dan tħalla jevolvi mingħajr ebda pjan. Qal li dan se jkun qed isir billi l-avjazzjoni jkun elevah minn direttorat għal awtorità, fl-istess ħin li mistennija tinħoloq politika nazzjonali dwar l-avjazzjoni (national aviation policy).

Karmenu Vella qal li b’konformità ma’ dak li ġie mwiegħed fil-programm elettorali, il-gvern lest jappoġġja u jixpruna ideat fejn tidħol riċerka u innovazzjoni,  mhux lanqas fis-settur tal-avjazzjoni, settur meqjus bħala mill-aktar innovattiv għal pajjiżna.

Il-Ministru Vella kellu kliem ta’ tifħir għax-xogħol ta’ riċerka li qed iwettqu l-grupp ta’ inġiniera Maltin u semma’ kif il-gvern lest li jagħti l-appoġġ kollu tiegħu biex fil-futur pajjiżna jkollu għall-ewwel darba ċentru nazzjonali ta’ riċerka msejjaħ National Aerospace Centre li jkun jispeċjalizza fl-industrija tal-avjazzjoni.

Is-Segretarju Parlmentari inkarigat mill-fondi Ewropej Dr Ian Borg semma’ kif l-Unjoni Ewropea tqis il-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni bħala importanti ħafna. Qal li preżentament qed isiru l-konsultazzjonijiet u t-tħejjijiet biex jitfassal il-programm dwar l-allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin u sostna li se jkun qed jevalwa diversi proposti f’din il-qasam ta’ riċerka.

Il-Professur David Zammit Mangion, li flimkien ma’ tim ta’ inġiniera qed jaħdmu kontinwament fuq riċerka fl-avjazzjoni teknoloġika tkellem fuq il-mod kif is-settur tal-avjazzjoni żviluppa f’Malta kif ukoll dwar il-ħidma li saret f’dan il-qasam u li anke digà tat riżultati pożittivi.

Il-professur Zammit Mangion saħaq fuq il-bżonn li dan is-settur jirċievi l-appoġġ li għandu bżonn biex ix-xogħol ta’ riċerka li nbeda mhux biss ikun ikkonsolidat imma wkoll imtejjeb.

F’dan il-kuntest saħaq fuq il-bżonn li Malta jkollha ċentru ta’ riċerka fl-avjazzjoni li jkun jista’ jipprovdi opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għall-gradwati, nies professjonisti fir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll opportunitajiet t’impjiegi fi rwoli amministrattivi. Qal li dan iċ-ċentru jkun jipprodvi wkoll faċilitajiet ta’ tagħlim, laboratorji, test areas, faċilitajiet ta’ flight simulation u air traffic fost l-oħrajn.

Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo flimkien ma’ bosta entitajiet li qed jappoġjaw din l-inizzjattiva.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow