Left arrow Go Back

WASTESERV: TWAQQIF TA’ UNIT INDIPENDENTI BIEX JIFLI LMENTI ĠUSTIFIKATI TAL-ĦADDIEMA

pr1489
Date Icon 12/07/2013

Kif ġie mwiegħed fil-Parlament ilbieraħ il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat waqqaf Employee Grievances Unit .  

Dan il-Unit se jkun qiegħed jifli lmenti ġustifikati li jistgħu jaslu għand dan l-istess Unit minn għand xi ħaddiema li jinsabu jservu mal-kumpanija WasteServ.

L-Employee Grievances Unit  twaqqaf fuq rakkomandazzjoni tar-rapport ippubblikat ilbieraħ dwar is-sitwazzjoni tal-WasteServ mil-lat ta’ organizazzjoni, struttura u riżorsi umani.

Il-Unit, li se jkun indipendenti mill-Ministeru u mill-WasteServ, ser ikun immexxi minn bord kompost minn Dr. Reno Borg, Dr. Charles Cassar u Dr Vince Cassar. Bħala Segretarju hemm is-Sur E. Degiorgio.

Il-ħaddiema nfushom għandhom jirċievu dettalji sħaħ dwar il-proċedura li għandhom jimxu biha biex iressqu l-ilmenti ġustifikati tagħhom lil dan il-Unit.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow