Left arrow Go Back

STQARRIJA MINISTERJALI MILL-ONOR. LEO BRINCAT, MINISTRU GHALL-IZVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA: IL-VERITÀ DWAR IL-WASTESERV

pr1477
Date Icon 12/07/2013

Fil-Manifest Elettorali taghna weghdna trasparenza u tmexxija ghaqlija fil-kumpanija WasteServ Malta Ltd.

Kumpanija li hija kollha kemm hi tac-cittadini Maltin u Ghawdxin.

Sa minn qabel l-elezzjoni kienu ilhom jaslulna rapporti kontinwi ta’ allegati abbuzi, irregolaritajiet, sistemi inezistenti jew li fallew u krollaw, kif ukoll tidwir mal-lewza biex meta jigu ghall-ingagg tan-nies ikun hemm min jghaddi mit-tieqa minflok mill-bieb.

Ahna ma ridniex noqoghdu biss fuq dawn l-allegazzjonijiet.

U dan minkejja li mal-milja taz-zmien sibna aktar minn semplici allegazzjonijiet.

Sibna ma’ wiccna rapport tal-Awditur Generali ta’ hdax-il faccata li kixef nuqqasijiet u kazijiet ta’ ksur ta’ ghadd ta’ prattici u regoli stabiliti, li min kien politikament responsabbli u anke min kien responsabbli mill-amministrazzjoni tal-WasteServ missu dejjem zamm maghhom flok gie jaqa’ u jqum minnhom.

Sibna rapport kummissjonat mill-istess amministrazzjoni precedenti li ghalkemm nifhem li min kitbu thallas ghalih, dan jidher li baqa’ fuq l-ixkaffa. Izda mhux biss, tant gie njorat li min kien responsabbli mill-WasteServ baqa’ jaghmel l-istess li kien qieghed jaghmel qabel. Fi kliem iehor l-oppost ta’ hafna mill-affarijiet li jirrakkomanda dan ir-rapport.

Sibna rapport ta’ awdituri interni imqabbdin mill-WasteServ innifisha li mhux biss kixef abbuzi kbar fis-sistemi u tmexxija tal-kumpanija, izda wkoll li tkaza u lmenta li f’hames snin shah bhala awdituri gew imcahhda u ma nghatawx access ghal sittin fil-mija ta’ oqsma fost l-aktar sensittivi fil-kumpanija, identifikati bhala risk areas. Fosthom hemm l-accounting, l-IT u l-amministrazzjoni tal-kumpanija.

Aghar minn hekk sabu bord li naqas serjament li jintroduci kontrolli xierqa ghall-kumpanija ta’ dak id-daqs.

Min-naha taghna kkummissjonajna tliet studji differenti minn ditti stabiliti fl-oqsma rispettivi taghhom.

Ilum ser nitkellem dwar x’sabet il-kumpanija Idea Management Consulting Services Ltd. fil-qasam tal-organizzazzjoni, struttura u rizorsi umani ta’ WasteServ Malta Ltd.

Mir-rapport, li kopja tieghu qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra, thallew barra biss l-ismijiet tal-persuni involuti, ghalkemm hemm referenzi ghalbosta karigi specifici, li minghajrhom ir-rapport ma kienx ikun jirrifletti fedelment dak li nstab.

It-tir taghna huwa wiehed biss. Li tohrog il-verità kollha dwar il-WasteServ bhala organizzazzjoni u fejn jidhlu rizorsi umani. Rapporti ohrajn teknici dwar aspetti ohra tal-kumpanija jigu ppubblikati fil-gejjieni qrib malli jigu prezentati lilna.

Bl-ebda mod ma rridu naghtu x’nifhmu li bhala pajjiz stajna nghaddu jew li missna ghaddejna minghajr il-WasteServ.

Id-dnub huwa li minhabba l-irresponsabilità ta’ whud li misshom kienu jafu ahjar, il-kumpanija tbieghdet daqstant mill-Mission Statement originali taghha.

Meta sar l-istudju, li gie ffinalizzat lejn tmiem ix-xahar li ghadda, instab dan li gej:

•           Ghalkemm il-kumpanija kellha 409 haddiem jahdmu fiha, 103 biss huma haddiema tal-WasteServ. It-306 l-ohra huma haddiema tal-JF Security u mhux tal-WasteServ. U dan minkejja li kienu qed jaghmlu xoghol ma’ din il-kumpanija.

•           Il-kuntratt originali bejn il-WasteServ u l-kumpanija JF Security kellu jkun ghal sena wahda biss u kellu jintemm fis-sena 2011. Dan ftit aktar tard spicca gie estiz ghal tliet snin biex issa jaghlaq f’Settembru tas-sena d-diehla.

•           Il-WasteServ mhux biss hallset miljuni ta’ ewro f’commissions lil JF Security, izda minkejja li qalulna li n-nies kienu ddahhlu mal-kuntrattur biex ikun hemm aktar flessibilità u biex jaghmlu xoghol ta’ natura sekondarja, il-fatti spiccaw juru mod iehor.

•           Hemm dipartimenti sensittivi bhall-qasam li jaqa’ taht ic-Chief Operations Officer fejn ’il fuq minn tmenin fil-mija tal-haddiema mhumiex haddiema tal-WasteServ, izda huma haddiema tal-kuntrattur. Minn dawn hemm ukoll minnhom f’karigi importanti.

•           Fid-dipartiment tac-Chief Officer Compliance and Communication insibu haddiema li lanqas biss huma haddiema tal-WasteServ: il-PR and Communications Manager, Senior Clerk, 3 persuni fuq Customer Care, Communications and Branding Co-ordinator u Communications Assistant.

•           Il-Gvern precedenti kellu rapport ta’ konsulenza kkummissjonat mill-Ministeru tal-Finanzi ta’ dak iz-zmien, li jghid li kellu jonqos l-ghadd ta’ haddiema li kienu qed iservu mal-kumpanija WasteServ. Ir-rapport li kkummissjonajna ahna izda sab li bejn Jannar 2012 u Marzu 2013 in-numru ta’ nies jahdmu mal-WasteServ zdied b’108 persuna. Il-bicca l-kbira minnhom bdew iservu mal-kumpanija permezz tal-kuntrattur privat JF Security Ltd.

•           Ma nstabet ebda sistema jew policy dwar kif u meta l-kumpanija kellha tingagga lin-nies direttament minn barra jew inkella kellha tistrieh fuq is-servizzi ta’ nies ingaggati mill-kuntrattur.

•           Dan in-nuqqas ta’ policies ezistenti hareg car f’laqghat, li min hejja r-rapport ghamel mal-oghla ufficjali tal-kumpanija nnifisha.

•           Ma nstabet ebda referenza ghal xi policies dwar ir-rizorsi umani,  la fid-Dipartiment tar-Rizorsi Umani u lanqas fir-records tal-laqghat tal-management jew fil-minuti tal-laqghat li kellu l-bord.

•           L-iskuza li ngiebet mill-oghla ufficjali tal-kumpanija kienet li l-burokrazija tal-Gvern kienet qed ixxekkel lill-WasteServ fl-operat taghha meta tigi biex taghzel lin-nies mehtiega, u ghaldaqstant kienu ddecidew li jikru s-servizzi ta’ haddiema minghand il-kuntrattur.

•           Osservazzjoni li laqtitni hija li skont min hejja r-rapport tal-lum, donnu li l-JF Security Ltd. kienet qed tmexxi lill-WasteServ, flok ma’ l-WasteServ  kienet qed titmexxa bhala entità separata.

•           Instab li l-WasteServ mhux biss kellha 106 tipi ta’ impjiegi/karigi differenti, izda wkoll li l-mod kif inholqu dawn l-impjiegi/karigi jaghti x’jifhem li setghu gew mahluqa biex jindirizzaw il-htigijiet personali ta’ xi whud flok tal-kumpanija nnifisha.

•           Hafna job descriptions huma kwazi identici ghal xulxin, minkejja li hemm nies f’job positions differenti hafna minn xulxin.

Nghaddi biex insemmi issa whud mill-affarijiet li nstabu li jew huma nieqsa fil-kumpanija jew inkella huma f’qaghda dghajfa.

•           Recruitment Policy – Policy dwar kif ghandu jsir ir-reklutagg tan-nies.

•           Manpower Plan.

•           Ma jezistix Dipartiment tal-Internal Audit jew kumitat li jwiegeb lic-Chairman tal-Bord.

•           Struttura organizzattiva fjakka.

•           Ebda proceduri dwar kif isiru u jinghataw il-promozzjonijiet.

•           Ebda korsijiet serji ta’ tahrig.

•           Numru kbir ta’ haddiema b’livell baxx jew limitat ta’ edukazzjoni jew tahrig.

•           Sistema dghajfa ta’ dixxiplina u kontroll fuq il-post tax-xoghol.

•           Ebda prattici ta’ immaniggjar ghall-ippjanar strategiku tal-WasteServ bhala kumpanija kummercjali. Ez. Strategic and Business Planning.

•           Key Performance Indicators bhala kejl xieraq ta’ kemm taw rizultati effettivi l-haddiema.

•           Kif ukoll prattici ta’ management li wiehed kien jistenna anke minn kumpaniji zghar fid-daqs.

•           Ghalkemm il-kumpanija qalet li ghamlet pjan dwar il-htigijiet taghha li kien gie prezentat fl-2011, dan qatt ma gie aggornat.

•           Ghalkemm jidher li saru xi attentati biex jiddahhlu serje ta’ proceduri godda bit-tama li l-affarijiet jirrangaw ruhhom, jidher car izda li sar ftit wisq u tard wisq.

•           Fost l-affarijiet li l-aktar jistunaw insibu li l-ufficcju tac-Chief Financial Officer kellu tahtu funzjonijiet u dipartimenti li normalment jaqghu taht ufficjali gholja ohra.

•           Instab li fid-Dipartiment ta’ qasam sensittiv bhal dak tal-finanzi, 55% tal-haddiema lanqas huma haddiema tal-WasteServ izda haddiema tal-kuntrattur.

•           Taht ic-Chief Financial Officer insibu fost ohrajn ir-rizorsi umani, il-Procurement (xiri), il-Finanzi, l-Estate and Administration Department, ir-Registry, l-I.T., id-Data Department, it-Tree Centre, l-Ufficcju ta’ Ghawdex u l-Health and Safety.

•           Il-Health and Safety gie mcaqlaq ricentament minn taht ic-Chief Financial Officer ghal taht l-Operations. B’mod stramb dan sehh biss ftit wara li kelli laqgha mal-haddiema u li matulha lmentaw mieghi dwar numru ta’ nuqqasijiet fejn tidhol sahha u sigurtà.

•           Ta’ min jghid ukoll li mill-minuti tal-bord precedenti nstab li min huwa responsabbli ghall-qasam tas-sahha u sigurtà fil-WasteServ kien instab hati mill-Qrati Maltin ta’ negligenza fil-qasam tas-sahha u s-sigurtà u kien ukoll taht sentenza sospiza. Minkejja dan kollu l-bord tad-diretturi hallewh ikompli jservi f’din il-kariga, minkejja li ma setax jiffirma certi dokumenti tant li ghalhekk kellhom jitqabbdu terzi persuni.

•           Jirrizulta wkoll li hafna mill-injury reports ftit li xejn gew verifikati jew investigati.

•           Instab li l-komunikazzjoni bejn il-Manager responsabbli mis-Sahha u s-Sigurtà u l-bicca l-kbira tal-haddiema fil-WasteServ kienet fqira ghall-ahhar.

•           Ir-records tal-haddiema flok ma jinzammu kif suppost fuq software apposta, instab li kienu qed jizammu fuq data base tal-impjegati fuq ghadd ta’ excel spreadsheets. Xi haga li anqas SME zghira ma taghmel.

•           Ma kien hemm ebda strategija dwar rizorsi umani, filwaqt li l-attendance sheets kienu jigu skrutinizzati bl-iskossi.

•           Ghalkemm thejja manwal ghall-procurement dwar kif suppost kellu jsir ix-xiri fil-WasteServ, dan qatt ma gie implimentat. Fiz-zmien dan l-ezercizzju, din it-taqsima kienet f’idejn persuna wahda biss.

•           Is-sezzjoni tal-I.T. minkejja li ghandha access ghal hafna informazzjoni sensittiva ma jidhirx li qatt kienet suggetta ghal awditjar.

•           Is-sezzjoni tad-Data, li tigbor taghrif dwar skart f’siti varji tal-kumpanija mill-weighbridges, ma tidhirx li qasmet it-taghrif li kellha mal-Facility Managers koncernati.

•           Il-WasteServ ghandha konsulent legali part-time u Legal Advisor iehor fuq reduced time basis. Fl-istess waqt tuza estensivament kumpanija ewlenija ta’ avukati.

•           L-incineratur tal-Marsa ma kellux Emergency Response Plan.

•           Hemm xi progetti li mhumiex taht ir-responsabilità diretta tac-Chief Projects Manager.

•           L-ufficcju ta’ Ghawdex mhuwiex definit b’mod car. Ghalkemm suppost li jaqdi l-funzjoni ta’ Call Centre, jitratta ilmenti u mistoqsijiet tal-Kunsilli Lokali u anke jingagga numru ta’ Spetturi. Dan jitlob stharrig aktar fil-fond.

•           Fl-ufficcju tac-Chief Projects Manager, li huwa direttament responsabbli ghad-disinn, l-izvilupp u l-implimentazzjoni ta’ ghadd ta’ progetti inkluz dawk finanzjati mill-Unjoni Ewropea u agenziji ohra barranin, hemm zewg ufficjali li lanqas biss huma haddiema tal-WasteServ, izda haddiema ingaggati minn u mal-kuntrattur. Fil-fatt 35% tan-nies f’qasam daqstant sensittiv huma nies mislufa mill-kuntrattur.

•           Minkejja li tul is-snin sar xi titjib, il-Bord tad-Diretturi ta’ qabel jidher li ffoka l-aktar fuq kwistjonijiet marbutin mal-operat tal-WasteServ, minflok ma ffoka aktar fuq kwistjonijiet strategici. B’rizultat ta’ dan, il-membri tal-bord jidher li ffukaw hafna fuq kwistjonijiet ta’ micro management.

•           Filwaqt li fl-2008 id-diretturi thallsu kwazi €50,000, sas-sena 2012 din il-figura telghet ghal €66,109.

•           F’hafna kazi thallsu management bonuses generuzi li fuq medda ta’ sitt snin jidher car li dawn il-bonuses qabzu l-KWART TA’ MILJUN EWRO.

•           Ghalkemm intqal li dawn il-pagamenti saru fuq bazi ta’ Key Performance Indicators, ma nstabet ebda evidenza dwar dan.

•           Ma kien hemm ebda Business Plan intiz biex ihares lil hinn mis-sena 2012.

•           Ghalkemm bosta membri tal-management stqarrew li kienu jinzammu  laqghat tal-management fuq bazi regolari, dawn aktarx kienu ad hoc u bla agenda cara, minghajr ebda follow ups u ftit li xejn azzjoni. Li hareg car huwa li bejn Frar 2012 u Settembru 2012 inzammu biss sitt laqghat tas-Senior Management.

•           Mhux ta’ b’xejn li haddiema fi gradi aktar baxxi hassew li ma kinux qed jigu kkonsultati mis-Senior Management.

Dawn in-nuqqasijiet serji ta’ kontrolli fuq livell ta’ management ikomplu jsahhu l-fehma li ilhom li urew kemm l-Awditur Generali u l-Awdituri Interni li qabdet il-WasteServ, li hemm nuqqas serju ta’ prattici ta’ good governance fit-tmexxija tal-WasteServ.

Ir-rapport fi tmiem tieghu jaghmel sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet serji u professjonali.

Nistenna bi dritt li dawn ghandhom jigu indirizzati mill-Bord tad-Diretturi l-Gdid b’attenzjoni u b’urgenza.

L-ghan taghna huwa wiehed. Li nitghallmu mill-izbalji ta’ haddiehor u naraw li l-Bord il-Gdid jevita milli jirrepeti n-nuqqasijiet serji li saru minn ta’ qabilhom.

Ma’ dan inzid li fid-dawl tan-numru kbir ta’ ilmenti u allegati ingustizzji li waslu ghall-attenzjoni taghna, qeghdin nahtru Employee Grievances Unit, li skont ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport li qed nipprezentaw illum, dan il-Unit se jkollu rwol indipendenti mill-Ministeru u mill-WasteServ biex jaghrbel dawk l-ilmenti li jinstabu li huma gustifikati. Id-dettalji dwar dan il-Unit se jinghataw fil-jiem li gejjin.

Nittama u nawgura li fid-dawl tan-nuqqasijiet kollha serji li ghadni kif semmejt, min ma ddejjaq xejn li jigi jaqa’ u jqum minn dak li kull tip ta’ tmexxija ghaqlija u biezla setghat titlob minnu, ghandu jkollu l-kuragg li issa jgorr ir-responsabilità politika ghal ghemilu f’din il-Kamra u lil hinn minnha.

pr1477a.pdfpr1477a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow