Left arrow Go Back

IL-PROBLEMA TAL-ĦRUĠ TAL-VISAS FUQ L-AĠENDA TA’ LAQGĦAT SEPARATI BEJN IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU U L-AMBAXXATURI TAĊ-ĊINA U TAR-RUSSJA

pr1459
Date Icon 09/07/2013

F’laqgħa li l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu mal-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta l-E.T Cai Jinbiao fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern l-Onor. Manuel Mallia, kienet diskussa l-problema tal-ħruġ tal-visas.

Il-Ministru Vella sostna li l-gvern huwa kommess li fl-ambitu tar-regoli Ewropej isib soluzzjoni biex jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija għall-ħruġ tal-visas.

Semma’ kif dil-materja qed taffettwa wkoll lil diversi kumpaniji tal-avjazzjoni li bdew joperaw minn Malta fl-aħħar snin u li jirrikjedu faċilità effiċjenti ta’ ħruġ ta’ visas għall-membri tal-ekwipaġġ tagħhom.

Min-naħa tiegħu l-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta Cai Jinbiao, filwaqt li rrimarka li jifhem is-sitwazzjoni preżenti, elenka diversi metodi ta’ kif iż-żewġ naħat jistgħu jaħdmu aktar flimkien biex dan il-proċess ikun iffaċilitat.

Iż-żewġ naħat iddiskutew ukoll modi ta’ kif jistgħu isaħħu l-koperazzjoni ta’ bejniethom fil-qasam turistiku fosthom b’ħidma fuq il-ftehim li kien ġie ffirmat bejn Malta u ċ-Ċina lura fl-elf disa’ mija u tmienja u disgħin. L-Ambaxxatur Ċiniż semma’ wkoll il-bżonn li Malta tkompli tkun reklamata fiċ-Ċina mal-operaturi turistiċi u mal-aġenziji tal-ivvjaġġar.

Intant, f’laqgħa separata din id-darba mal-Ambaxxatur Russu għal Malta l-E.T. Boris Uyumarchuk, tqajmet ukoll il-kwistjoni il-ħruġ tal-visas, bl-Ambaxxatur Russu jgħid li r-Russja qed taħdem mill-viċin mal-Unjoni Ewropea biex tabolixxi l-ħruġ tal-visas għal dawk li jkunu jridu jżuru r-Russja għal żmien qasir.

Iż-żewġ naħat irrikonoxxew il-koperazzjoni li teżisti bejn Malta u r-Russja permezz ta’ numru ta’ ftehim bilaterali eżistenti fosthom fil-qasam tal-avjazzjoni.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella semma’ kif il-linja nazzjonali l-Air Malta żieded l-aċċessibilità lejn ir-Russja b’żieda ta’ aktar titjiriet lejn St. Petersburg filwaqt li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu żieded in-numru ta’ nies fl-uffiċċju tagħha f’Moska.

Temi oħra diskussa kienu jinkludu l-kummerċ, il-qasam kulturali u l-industrija tal-films fejn fl-aħħar snin kienu bosta l-kumpaniji Russi li żaru pajjiżna b’rabta diretta ma’ din l-industrija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow