L-IMSIEĦBA SOĊJALI JRESSQU L-PROPOSTI TAGĦHOM DWAR IX-XOGĦOL PREKARJU F’MALTA
Wara li ġimgħatejn ilu l-Gvern ressaq il-proposti tiegħu dwar xogħol b’kondizzjonijiet prekarji f’Malta għad-diskussjoni fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, illum kien imiss lill-imsieħba soċjali rappreżentati fuq dan il-Kunsill biex iressqu l-proposti tagħhom f’dan ir-rigward.
L-imsieħba soċjali li ressqu l-proposti tagħhom illum kienu: il-FORUM, il-General Workers Union, l-Assoċċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, u l-Unjin Ħaddiema Magħqudin. Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ressqet il-proposti tagħha bil-miktub qabel il-laqgħa.
Fit-tielet laqgħa tal-Kunsill dwar dan is-suġġett, li se ssir fil-jiem li ġejjin, se ssir diskussjoni dwar il-proposti li ġew imressqa, kemm mill-Gvern, kif ukoll mill-imsieħba soċjali.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029